Aktar tnaqqis fin-numru ta’ nies qegħda


L-aħħar figuri li ġew ippubblikati mill-NSO għax-xahar ta’ Diċembru li għadda jikkonfermaw l-andament b’saħħtu tal-ekonomija Maltija fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-qgħad.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-figuri juru kif l-ammont ta’ persuni li jirreġistraw naqas b’1,114 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan huwa l-ikbar tnaqqis li ġie reġistrat fix-xahar ta’ Diċembru għal dawn l-aħħar seba’ snin.

“Fost l-indikaturi l-iktar li jagħtuna sodisfazzjon huma ċ-ċifri li jindikaw tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ persuni li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena, kif ukoll fin-numru ta’ nisa qegħda,” iddikjara l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.

NSO_logo

Dan it-tnaqqis huwa l-frott tal-miżuri mnedija minn dan il-Gvern li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol billi jeliminaw kemm jista’ jkun l-ostakli li jiskoraġġixxu bniedem milli jaħdem.

Dawn il-figuri jikkonfermaw ukoll figuri riċenti maħruġa mill-Eurostat fejn juru li Malta għandha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad meta mqabbel mat-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.

Din l-istess Aġenzija tistqarr ukoll li Malta rnexxielha tirreġistra l-anqas rata ta’ qgħad minn mindu bdiet tiġi mkejla r-rata ta’ qgħad f’Malta.

govmt_logo

– Saturday, 24th January, 2015

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *