Il-Gvern ikompli jassisti l-investiment Malti fil-Libja


Il-Gvern Malti jrid jiċċara, li għall-kuntrarju tal-impressjoni li qed tagħti l-Oppożizzjoni, ittieħdu diversi miżuri intiżi li jgħinu lill-Investiment Malti fil-Libja, u li jmorru ferm lil hinn mill-miżuri meħuda mill-amministrazzjoni preċedenti fl-2011 meta faqqgħet ir-rivoluzzjoni fil-Libja.

Il-Malta Enterprise qed isservi ta’ punt ta’ referenza għal kumpaniji milqgħuta, fejn tim li twaqqaf apposta fi ħdan l-istess korporazzjoni qiegħed iżomm kuntatt dirett mal-kumpaniji b’interessi Maltin li joperaw fil-Libja.

 

STQARRIJA KONĠUNTA TAL-MINISTERI GĦALL-FINANZI U GĦALL-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT

Id-Dipartiment tal-VAT, tal-Income Tax, u tat-Teżor, qed jassistu fuq bażi individwali, lil dawk l-intrapriżi li jkunu identifikati lilu mill-Malta Enterprise li jikkwalifikaw skont kriterju, maqbula bħala parti minn pakkett għall-intrapriżi, li qed isofru minn diffikultajiet finanzjarji li nħolqitilhom minħabba l-krizi tal-Libja.

Il-pakkett ta’ assistenza li qed joffri l-Gvern ivarja skont iċ-ċirkostanzi tal-impatt fuq dawn il-kumpaniji.

Libya MG_0_0

Dawn il-miżuri jvarjaw minn ħlas aċċelerat mit-Teżor ta’ pagamenti dovuti mill-Gvern, u refużjonijiet mill-Awtorità tat-Taxxa (VAT u Income Tax), kif ukoll miżura li permezz tagħha kumpaniji f’diffikultà se jkunu temporanjament miltuba jħallsu parti tat-Taxxa Proviżjonali dovuta.

Dawn sabiex tittaffa l-problema ta’ nuqqas ta’ cash-flow minn fuq dawn il-kumpaniji. Il-Gvern qed jipprovdi wkoll assistenza diretta lil numru ta’ ħaddiema li kienu joperaw fil-Libja.

Qed isir ukoll ħidma biex numru ta’ kumpaniji jkunu mgħejjuna mill-istess Malta Enterprise biex isibu swieq ġodda fl-Afrika.

Il-Gvern jibqa’ kommess li jagħti kull assistenza possibli lil dawn in-negozji u jsalva l-impjiegi tal-ħaddiema tagħhom.

 

Il-Ħamis 26ta’ Frar 2015

 

govmt_logo   timesofmalta_logo   maltatoday2_logo   iNews_Logo   kullhadd

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *