Il-Ministeru tal-Finanzi jfakkar li l-iskema li tħabbret fil-Baġit 2013 u li teżenta lil min jixtri l-ewwel proprjetà residenzjali tiegħu mill-bolla ta’ 3.5% fuq l-ewwel €150,000 tal-valur tal-proprjetà se tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju 2015.
STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI
Madankollu, wara talbiet li saru l-aktar min-nutara, filwaqt li ż-żmien sa meta jiġu ffirmati l-konvenji se jibqa’ sat-30 ta’ Ġunju 2015, iż-żmien sa meta jkunu jistgħu jiġu rreġistrati l-kuntratti ttawwal bi tliet (3) xhur, sat-30 ta’ Settembru 2015.
Is-suċċess ta’ din l-iskema wassal biex il-Ministeru tal-Finanzi jirċievi talbiet mingħand diversi partijiet interessati għal din l-estensjoni parzjali. Il-Ministeru kkunsidra din it-talba bħala waħda raġonevoli. Din id-deċiżjoni se tgħin biex ma jkunx hemm pressjoni mhux neċessarja fuq l-uffiċċji tan-nutara matul l-aħħar ġimgħat qabel tagħlaq l-iskema.
L-iskema kienet suċċess kbir biex żgħażagħ jiġu megħjunin jiksbu l-ewwel dar tagħhom, filwaqt li tat spinta tant meħtieġa lis-suq tal-proprjetà u lill-ekonomija.
Notice on the Exemption Scheme for First-Time Property Buyers
The Ministry for Finance would like to remind the general public that the scheme announced in the Budget 2013 exempting those buying their first residential property from the 3.5% duty on the first €150,000 of the property value ends on 30 June 2015.
PRESS RELEASE FROM THE MINISTRY FOR FINANCE
However, following requests notably from notaries, while the deadline for the promises of sale to be signed will remain 30 June 2015, the deadline for the registration of the final deeds is being extended by three (3) months until 30 September 2015.
In view of the successful uptake of this scheme, the Ministry for Finance has been approached by various stakeholders who have requested this partial extension. The Ministry has considered the request as reasonable. This partial extension will help avoid undue pressure on notaries’ offices during the last weeks prior to the deadline.
The scheme has been a huge success in helping young people buy their first home, and has given a much-needed stimulus to the property market and the economy.
Monday 11th May 2015