Il-Ministru tal-Finanzi jiddiskuti l-ekonomija mal-voluntiera taċ-CHOGM


Il-Ministru tal-Finanzi, il-Prof. Edward Scicluna, ta preżentazzjoni dwar l-ekonomija lill-voluntiera li se jkunu qed jieħdu ħsieb lill-Kapijiet ta’ Gvern u l-membri tad-delegazzjonjiet tagħhom li se jkunu Malta għal-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ Gvern tal-Commonwealth (iċ-CHOGM) f’Novembru li ġej. Huwa wieġeb ukoll għall-mistoqsijiet tagħhom.

It-taħdita, li saret fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt, kienet parti minn programm komprensiv ta’ taħriġ li qed jingħata lil madwar 350 voluntier biex jitħejjew tajjeb f’kif jirrappreżentaw lill-pajjiż mad-delegazzjonijiet barranin. Dan il-programm jinkludi preżentazzjonijiet dwar x’inhi ċ-CHOGM, kwistjonijiet ta’ sigurtà, il-proċeduri tal-protokoll, il-kuntest kulturali, l-istorja tal-gżejjer Maltin, il-politika u l-governanza, u r-relazzjonijiet internazzjonali.

chogm-logo-06

Il-Ministru Scicluna spjega l-irwol ta’ Malta bħala ekonomija żgħira miftuħa msejsa fuq il-kummerċ u ta stampa ġenerali dwar l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż mill-Indipendenza ’l hawn. Huwa tkellem dwar kif, minn ekonomija li kienet tiddependi kważi għalkollox mill-preżenza tal-bażi militari Britannika, Malta rnexxielha tibni industriji tat-turiżmu u tal-manifattura b’saħħithom, u eventwalment daħlet ukoll b’suċċess fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u tal-logħob tal-azzard fuq l-internet.

Il-Prof. Scicluna tkellem ukoll dwar l-instabbiltà kbira li sfortunatament laqtet lill-Afrika ta’ Fuq u lil-Lvant Nofsani, u osserva li Malta spiċċat l-eqreb post stabbli minn fejn jistgħu jiġu pprovduti ċerti servizzi lin-nies li jgħixu f’dawn ir-reġjuni. Dawn iċ-ċirkustanzi xprunaw lil Malta biex tinteressa ruħha f’tip ġdid ta’ turist, li jżurna għal skopijiet ta’ edukazzjoni jew servizzi mediċi. Fl-istess ħin, kumpaniji barranin li jikkummerċjaw ma’ pajjiżi fir-reġjun qed jagħżlu li jġibu s-servizzi amministrattivi u ta’ assistenza tagħhom hawn Malta, għax f’dan il-mument ma jħossuhomx fiż-żgur jekk ikunu bbażati f’pajjiżi mhux stabbli. Huwa qal li dan seta jseħħ għax Malta kapaċi toffri lil dawn il-kumpaniji s-sostenn meħtieġ permezz ta’ impjegati ta’ ħila, standards edukattivi għoljin, kif ukoll strutturi legali u regolatorji li jagħmlu lill-gżejjer tagħna l-post ideali biex tali operazzjonijiet jirnexxu.

Il-Ministru Scicluna qal li filwaqt li lkoll kemm aħna ċertament kburin bil-fatt li l-ekonomija tagħna sejra tajjeb, ma nistgħux naqgħu għat-tentazzjoni li nkunu kuntenti b’li għandna u ma nkomplux naqdfu, għax il-kompetizzjoni hija qalila. Malta trid tkompli ttejjeb il-kwalità tas-servizzi li toffri filwaqt li tibqa’ ssaħħaħ il-forza tax-xogħol tagħha, fost l-oħrajn permezz ta’ parteċipazzjoni ikbar tan-nisa.

 

[nggallery id=264]

 

Minister for Finance, Prof. Edward Scicluna, gave a presentation to, and answered questions from, volunteers who will be taking up duties with visiting Heads of Government and members of their delegations during the forthcoming Commonwealth Heads of Government meeting (CHOGM) to be held in Malta in November.

The talk, that focused on Malta’s economy and was held at the Mediterranean Conference Centre in Valletta, was part of a comprehensive training programme aimed at preparing the circa 350 volunteers to be able to represent the country well with the foreign delegations. The programme includes talks about what CHOGM is, security issues, protocol procedures, cultural context, history of the Maltese islands, politics and governance, and international relations.

Minister Scicluna explained Malta’s role as a small, open economy based on trade and outlined the country’s economic development since Independence. He spoke about how, departing from an economy revolving almost entirely around the presence of the British mlitary base, the island managed to build strong tourism and manufacturing industries, eventually also successfully venturing into the financial services and iGaming sectors.

Prof. Scicluna also dwelled on the great instability that has unfortunately been afflicting North Africa and the Middle East, and pointed out that Malta is proving to be the closest stable location from where certain services can be offered to people from these regions. This has motivated Malta to open its doors to a new type of tourist, who visits for medical and educational purposes. At the same time, foreign companies that do business with countries in the region are opting to move their back office and support services to Malta, as at the moment they do not feel safe to be based in unstable countries. He said that this has been possible because Malta is in a position to offer these companies the necessary support through skilled employees, high educational standards, as well as legal and regulatory structures that make the island the ideal place for such operations to be successfully set up.

Minister Scicluna said that while we are understandably all proud that our economy is faring well, we must resist the temptation to rest on our laurels and let our guard down as competition is cutthroat. Malta needs to continue to improve the quality of its services and further strengthen its workforce,inter alia by continuing to strive for stronger female participation.

 

 Friday 3rd July 2015

 

maltaindependent_logo

 

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *