L-Importanza tal-Finanzjament tal-Iżvilupp biex jiġu indirizzati l-Għeruq tal-Migrazzjoni Irregolari


“Il-finanzjament tal-iżvilupp għandu sehem importanti biex il-pajjiżi tal-oriġini jindirizzaw l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari. Huwa biss billi jiġu attakkati l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari li din tista’ tiġi kkontrollata u x-xbieki tal-kriminali jinqerdu,” qal il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta kien qed jindirizza t-Tielet Konferenza Dinjija dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp illum l-Erbgħa.

Huwa qal li barra minn dan, l-assistenza finanzjarja għandha tgħin biex għadd ta’ pajjiżi jaffrontaw is-sitwazzjonijiet diffiċli li jsibu ruħhom fihom kaġun tal-influssi kbar ħafna ta’ migrazzjoni.

20150715_154839

Mexxejja dinjin qed jiltaqgħu fil-kapitali Etjopjana, Addis Ababa, mit-13 sas-16 ta’ Lulju biex jagħtu bidu għal sħubija globali mġedda u msaħħa għall-finanzjament ta’ żvilupp sostenibbli ċċentrat fuq il-bniedem. Il-Konferenza għandha l-għan li tħares lejn l-għejun ta’ finanzjament għall-iżvilupp sostenibbli sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi jmorru fejn ikunu l-aktar meħtieġa bil-għan li tiġi inċentivata l-prosperità ekonomika u jitjiebu l-opportunitajiet fl-oqsma tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tax-xogħol.

 

Id-Dokument Finali tal-Konferenza fl-aħħar mill-aħħar se jkun pass importanti fit-triq lejn l-adozzjoni ta’ miri ġodda fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli fil-Laqgħa Għolja dwar Wara l-2015 li se ssir f’Settembru u fil-Konferenza ta’ Pariġi dwar il-Klima li se ssir f’Diċembru (Cop-21). Idealment, il-perspettiva tal-UE tkun li l-Konferenza ta’ Addis Ababa sservi bħala l-pilastru tal-Mezz ta’ Implimentazzjoni għall-Programm ta’ Żvilupp tan-NU għal Wara l-2015.

 ethiopia

Importance of Development Finance in Addressing Root Causes of Irregular Migration

“Development finance plays an important role for the countries of origin to address the root causes of irregular migration. Only by addressing the root causes can irregular migration be curbed and criminal networks disrupted,” Minister for Finance Edward Scicluna told the Third International Conference on Financing for Development on Wednesday.

 

He said that in addition, financial assistance should support a number of countries address the difficult situations they face as a result of very large migration inflows.

pr151654b

World leaders have convened in the Ethiopian capital, Addis Ababa, from the 13th to the 16th of July in order to launch a renewed and strengthened global partnership for financing people-centered sustainable development. The Conference aims at looking at sources of finance for sustainable development to ensure that resources go where they are most needed in order to promote economic prosperity and improve health, education and employment opportunities.

 

The Outcome Document of the Conference will ultimately be an important milestone on the road towards the adoption of new sustainable development goals in the Post-2015 September summit and the Paris Climate Conference in December (Cop-21). Ideally the EU’s perspective is that the Addis Ababa Conference will be the Means of Implementation pillar for the Post-2015 Development Agenda.

 Wednesday 15th July 2015

 

govmt_logo   maltaindependent_logo

,

One response to “L-Importanza tal-Finanzjament tal-Iżvilupp biex jiġu indirizzati l-Għeruq tal-Migrazzjoni Irregolari”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *