Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qassam iċ-ċertifikati ta’ Kontabilist Pubbliku Ċċertifikat (Certified Public Accountant) lil 68 applikant, li minnhom 18 irċevew ukoll iċ-Ċertifikat tal-Prattika fl-Awditjar (Practising Certificate in Auditing). Sebgħa oħra rċevew iċ-Ċertifikat tal-Prattika fl-Awditjar biss, minħabba li kienu diġà kisbu ċ-ċertifikat ta’ Kontabilist Pubbliku Ċċertifikat.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Waqt ċerimonja li saret fil-Ġnien Hastings, il-Belt Valletta, il-Ministru Scicluna feraħ lil dawk li kienu għadhom kif irċevew iċ-ċertifikat u xtaqilhom kull suċċess fil-karriera jew fit-tkomplija tal-istudji tagħhom.
Huwa għamel referenza għad-Direttiva dwar il-Kontabilità u għad-Direttiva dwar il-Verifiki Statutorji, u qal li s-sena d-dieħla se ssir il-leġiżlazzjoni neċessarja biex dawn ikunu jistgħu jiġu trasposti fil-Liġi Maltija.
Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm iċ-Chairman tal-Accountancy Board, is-Sur Charles Rapa, u s-Segretarju tal-Bord, is-Sur Martin Spiteri.
Minister Scicluna presents Certified Public Accountant warrants and Practising Certificates in Auditing
Minister for Finance Edward Scicluna conferred the Certified Public Accountant warrant on 68 applicants, of which 18 also received the Practising Certificate in Auditing. Seven others received the Practising Certificate in Auditing only, having already received the Certified Public Accountant warrant.
PRESS RELEASE ISSUED BY THE MINISTRY FOR FINANCE
During a ceremony held at Hastings Garden, Valletta, Minister Scicluna congratulated the warrant and certificate holders and wished them well in their career or in their further studies.
He briefly touched upon on the Accounting Directive and the Statutory Audit Directive, and said that the necessary legislation will be enacted next year to enable their transposition into Maltese Law.
Present for the ceremony were Mr Charles Rapa, Accountancy Board Chairman, and Mr Martin Spiteri, Board Secretary.
Thursday 20th August 2015