Jingħata bidu għall-proċess ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-Baġit


Il-Ministru tal-Finanzi, il-Prof. Edward Scicluna, il-Ġimgħa ta bidu għall-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika bi tħejjija għall-Baġit 2016, li din is-sena se jsir f’Ottubru.

Filgħodu l-Ministru ppreżenta d-dokument bit-tema ‘Delivering Our Vision’, li se jservi bħala bażi għal dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, lill-membri tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (l-MCESD). Huwa għamlilhom preżentazzjoni li fiha ta ħarsa lejn ir-riżultati miksuba matul l-2014 u fl-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, u spjega l-viżjoni u l-miri ġenerali tal-Gvern għall-Baġit 2016.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

 

Il-Prof. Scicluna qal li l-Gvern ma jqisx il-Baġit bħala sempliċiment eżerċizzju ta’ kontabilità iżda wieħed ekonomiku u soċjali li bih il-Gvern jippjana l-ħidma u l-miri tiegħu biex jinċentiva l-ekonomija sabiex din tkompli tikber. Huwa sostna li l-Gvern se jibqa’ mpenjat biex jonqsu d-dejn u d-defiċit. Is-sena li ġejja d-defiċit se jonqos għal €90 miljun, li huwa rekord li qatt ma kellna baxx daqsu għal snin twal.

Preżenti għall-laqgħa kien hemm ukoll il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli.

 

 

Wara l-laqgħa mas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, il-Ministru Scicluna ndirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha spjega li l-mira tal-Gvern hi li jkompli jbaxxi d-defiċit fiskali filwaqt li dik ta’ pajjiżna tibqa’ waħda mill-aktar ekonomiji fiż-Żona tal-Ewro li qed jikbru b’ritmu mgħaġġel. Dan isir billi tibqa’ titħaddem politika ta’ konsolidament li jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku. Miri ewlenin oħra għas-sena d-dieħla huma li l-pajjiż jibqa’ jsir aktar kompetittiv billi jingħata sostenn lill-produttività, kif ukoll li jingħata appoġġ għal inizjattivi li jagħmlu lil pajjiżna aktar attraenti, li jinvestu fir-riżorsi umani, u li jiffukaw fuq setturi ġodda li fihom jista’ jseħħ tkabbir.

pre

Il-Ministru qal li n-nies qed jifhmu l-viżjoni li tnebbah lill-Gvern u li qed tiġi mplimentata fil-Baġit sena wara sena. Fakkar fil-ħidma kbira li twettqet biex jiġu ndirizzati n-nuqqasijiet kbar li ntirtu fil-qasam tal-enerġija, b’nuqqas ta’ pjanijiet u traskuraġni li kienu qed ixekklu l-kompetittività tal-pajjiż u jżommuh lura. Huwa qal li l-effett pożittiv tar-roħs tat-tariffi għall-familji u n-negozji fuq l-ekonomija ma jistax jiġi ssottovalutat.

Semma wkoll l-ostakli kbar li kien hemm għal parteċipazzjoni akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Fakkar fid-diversi miżuri li ttieħdu biex jagħmluha aktar faċli għal mara li tixtieq toħroġ taħdem biex tagħmel dan. Miżuri oħra ttieħdu, b’mod partikolari fl-aħħar Baġit, biex tiġi ndirizzata ż-żieda li kien hemm fid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali minn nies li jistgħu jaħdmu iżda li jsibu li jaqblilhom jibqgħu qiegħda. It-triq li għażel il-Gvern ma kinitx dik li jaqta’ l-benefiċċji iżda li jippermetti li wieħed iżomm parti mill-benefiċċji meta jsib xogħol. Huwa qal li l-isforzi tal-Gvern biex ikun jaqbillek taħdem qed jirnexxu, tant li l-lista ta’ benefiċjarji tal-assistenza soċjali niżlet minn 9,600 għal 8,700, bi kważi elf ruħ li ħadu din l-opportunità biex jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol. Il-lista ta’ nies li jirreġistraw u jirċievu l-assistenza niżlet minn 3,800 għal 2,700.

 

[nggallery id=267]

 

Il-Ministru tkellem ukoll dwar l-investiment li qed jiġi attirat lejn Malta, u qal li dan ma ġiex b’kumbinazzjoni; fatturi ewlenin għal dan huma l-prudenza fiskali u l-istabbiltà ekonomika. Huwa fakkar f’kif id-defiċit fiskali tniżżel minn 3.7 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross għal 2.1 fil-mija u mistenni jinżel għal 1.1 fil-mija s-sena d-dieħla. Bi prudenza fiskali u b’politika li tiffavorixxi l-ħolqien tax-xogħol, Malta rnexxielha tikkonvinċi lill-Kummissjoni Ewropea biex din toħroġha mill-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv li kienet daħħlitha fiha taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

 

 

Il-pubbliku se jkun jista’ jieħu sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni billi jattendi għal waħda minn żewġ laqgħat ta’ konsultazzjoni: fl-14 ta’ Settembru f’Malta u fit-18 ta’ Settembru f’Għawdex.

Wieħed jista’ wkoll jibgħat il-fehma tiegħu lill-Ministeru tal-Finanzi permezz ta’ paġna apposta fis-sit elettroniku tal-Ministeru finance.gov.mt

Fuq l-istess sit wieħed isib ukoll kopja elettronika tad-dokument Delivering Our Vision u preżentazzjoni mqassra tiegħu.

 pr151866b

Saturday 22nd August 2015

newsbook_logo   timesofmalta_logo   tvm_logo   iNews_Logo

maltatoday2_logo   maltastar_logo  maltarightnow_logo   maltaindependent_logo

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *