‘Il fuq minn 3,300 persuna jirċievu għotja fuq taxxa żejda kollha li ħallsu fuq il-vettura fl-2004


Fil-ġranet li għaddew il-Gvern irrifonda l-ammont żejjed li tħallas fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni lil sidien ta’ vetturi li rreġistraw il-vettura tagħhom bejn l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Diċembru 2004. Persuni eliġibbli għal din l-għotja rċevew il-pagament tagħhom din il-ġimgħa permezz ta’ ċekk.

 

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI U MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li kif kien imwiegħed fil-manifest elettorali, kull min xtara vettura bejn l-2004 u l-2008 qed jingħata għotja għall-ħlas żejjed fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vettura, liema ħlas dak iż-żmien kien impost bħala mezz ieħor ta’ introjtu ta’ taxxa minn fuq il-poplu. “B’dan il-mod, barra li qed inwettqu dak li wegħdna, qegħdin nirrifondu ‘l fuq minn żewġ miljuni u tliet mitt elf ewro lil madwar tlett elef u tliet mitt individwu. Dawn huma flus li sejrin ikomplu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna,” temm jgħid il-Ministru Scicluna.

 

cars

Filwaqt li s-sena li għaddiet ingħatat għotja ta’ ftit aktar minn mitt ewro għal kull vettura li kienet inxtrat fil-perjodu msemmi, din is-sena tħallas lura l-kumplament, li inġustament l-individwi kienu ħallsu fuq dawk il-vetturi li kienu nxtraw matul is-sena 2004.

B’kollox ġew ipproċessati mat-3,294 applikazzjoni ġdida kif ukoll 68 applikazzjoni ta’ persuni li ma kinux applikaw għall-għotja fl-2014.

 

 

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi spjega li l-istess proċess se jiġi adottat għas-snin konsekuttivi għall-vetturi rreġistrati sas-sena 2008 u sakemm il-pagamenti kollha lill-applikanti eliġibbli jkunu tħallsu. “Dan ikompli juri,” qal il-Ministru Mizzi, “li dan il-Gvern huwa gvern li jaħdem, iwettaq u jagħmel ġustizzja mal-poplu, li grazzi għal dan il-Gvern, se jieħu dak li ħaqqu.”

 

govmt_logo   newsbook_logo   iNews_Logo   MI_logo   tvmnews_logo

Sep 27, 2015

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *