Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, ta merħba lill-impjegati tad-Dipartiment tal-Politika Ekonomika (Economic Policy Division – EPD) li ġew rilokati għal uffiċċji ġodda fil-binja prinċipali tal-Ministeru għall-Finanzi, il-Belt. Dan sar bħala parti minn proċess ta’ ristrutturazzjoni li għaddej bħalissa bil-għan li jkompli jiġi integrat il-kontribut tad-Dipartiment, filwaqt li jissaħħaħ il-proċess tat-tħejjija tal-Baġit.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Il-Prof. Scicluna faħħar ħidmet id-Dipartiment, li l-membri tiegħu jistgħu jiftaħru bi kwalifiki għolja u esperjenza vasta, tant li wħud minnhom jagħtu lectures fl-Università ta’ Malta. Huwa wiegħed li r-riċerka li ssir mill-impjegati tal-EPD se tiġi integrata b’mod aħjar. Qal li minn issa sal-Baġit li ġej l-EPD għandu jevalwa l-politika fiskali biex ikunu jistgħu jsiru t-tibdiliet għall-aħjar fejn jinstab li jkun hemm bżonn.
Monday 26th October 2015