Żewġ miżuri biex titnaqqas il-burokrazija fir-rigward tal-performance bond għall-azjendi żgħar


Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, ħabbar l-implimentazzjoni ta’ żewġ miżuri mħabbrin fil-Baġit għall-2016, li huma maħsubin biex l-azjendi – partikolarment dawk żgħar – jaffaċċjaw inqas burokrazija fir-rigward tal-performance bonds biex ikollhom aċċess aktar faċli għal kuntratti pubbliċi.

 

pr152698a featured

 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-uffiċċju tad-Dipartiment tal-Kuntratti, il-Furjana, it-Tnejn 30 ta’ Novembru 2015, il-Ministru kkummenta li b’dan il-mod, il-Gvern qed ikompli jinkoraġġixxi lill-azjendi żgħar biex jipparteċipaw aktar f’sejħiet pubbliċi għall-offerti.

 

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

 

Permezz tal-ewwel miżura, li se tidħol fis-seħħ mit-Tlieta, l-1 ta’ Diċembru 2015, il-garanzija fuq it-twettiq tal-kuntratt (performance guarantee) li tintalab li tiġi ddepożitata minn min jirbaħ kuntratt tal-Gvern se titnaqqas minn 10% għal 4% meta l-valur tal-kuntratt ma jkunx jaqbeż in-nofs miljun ewro.

 

[nggallery id=290]

 

Permezz tat-tieni miżura, imbagħad, se jiddaħħal il-kunċett tal-garanzija li tkopri aktar minn kuntratt wieħed (single bond), biex meta azjenda jkollha aktar minn kuntratt wieħed għaddej mal-istess dipartiment pubbliku jew entità pubblika, tkun tista’ tpoġġi garanzija waħda minflok ikollha tiftaħ garanzija għal kull kuntratt. Din il-miżura se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2016.

 

 

“Irridu nkomplu ntejbu l-mod kif isir ix-xiri pubbliku, bil-għan li naqtgħu l-burokrazija żejda u nieħdu l-aħjar li nistgħu mill-benefiċċji tar-rivoluzzjoni diġitali,” qal il-Ministru Scicluna.

 

 

 

 

Il-Ministru qal li diġà saret ħidma f’din id-direzzjoni. Iddaħħlet is-sistema tal-akkwist elettroniku, li qed twassal biex il-kontribwenti jiffrankaw b’mod sinifikanti, u kif ukoll jiffaċilita l-aċċess għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku min-naħa ta’ impriżi żgħar u medji. Barra minn hekk, il-medja taż-żmien biex jingħataw il-kuntratti pubbliċi tnaqqset minn 250 jum għal 115-il jum.

govmt_logo   timesofmalta_logo   MI_logo   iNews_Logo   newsbook_logo   tvmnews_logo

– Monday, 30th November, 2015

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *