Il-President ta’ Malta żżur il-Borża ta’ Malta


Dalgħodu, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-Borża ta’ Malta fil-Belt Valletta. Waqt din iż-żjara, il-President iltaqgħet maċ-Ċermen, mal-membri tal-bord, kif ukoll mal-ħaddiema, hekk kif il-Borża ta’ Malta qiegħda tiċċelebra il-ħamsa u għoxrin sena anniversarju tagħha.

 

pr152802a featured

Il-President faħħret lill-Borża ta’ Malta għas-suċċess li tagħmel għall-pajjiż f’kuntest ta’ tkabbir ekonomiku; hi tenniet li, minbarra li din hija entità riġida ekonomika, hija wkoll entità li tħaddan responsabbilità soċjali korporattiva fejn tippromwovi bis-sħiħ il-kultura, il-filantropija, il-ħarsien ambjentali u anki l-edukazzjoni.

 

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

Il-President temmet billi rringrazzjat liċ-Ċermen u l-membri tal-bord, kif ukoll lill-ħaddiema għall-ħidma tagħhom b’risq il-Maltin u l-Għawdxin fis-settur finanzjarju.

 

[nggallery id=292]

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll Edward Scicluna, Ministru tal-Finanzi, li min-naħa tiegħu faħħar l-impenn u l-ħidma bir-reqqa u serja tal-Bord u l-istaff tal-Borża. Huwa awgura li aktar kumpaniji żgħar jersqu lejn il-Borża biex ikollhom aktar aċċess għall-kreditu, filwaqt li aktar nies jersqu biex jinvestu flushom f’kumpaniji kkwotati fil-Borża

govmt_logo

– Thursday, 10th

,

One response to “Il-President ta’ Malta żżur il-Borża ta’ Malta”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *