Il-Gvern jirrikonoxxi l-kontribut tal-manifattura lill-ekonomija Maltija


Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal kif fil-kuntest ekonomiku fejn għandna dinja tespandi speċjalment fis-settur tas-servizzi, is-settur tal-manifattura għadu u jibqa’ relevanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa faħħar il-kontribut li l-manifattura tagħti lill-ekonomija tal-pajjiż, li b’mod dirett tħaddem ‘il fuq minn għoxrin elf persuna. Fl-aħħar sentejn is-settur żied mitejn persuna full-time, kontra li sar fis-sentejn ta’ qabel meta s-settur tilef ħames mitt impjieg.

 STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI

THERMOLOGO-RGB

Waqt żjara lbieraħ lill-kumpanija tal-manifattura Thermoplastics Ltd, il-Marsa, li timmanifattura prodotti tal-plastik ta’ kwalità għolja injettati fil-forma, il-Ministru Scicluna rrefera għall-ħidma li għaddejja u kif il-Gvern jibqa’ jiddefendi l-interessi tal-pajjiż bid-diskussjonijiet fuq it-taxxa fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea.

 

[nggallery id=296]

 

Ma setax jonqos li l-Ministru tal-Finanzi jawgura lil din il-kumpanija fl-għeluq tal-għoxrin sena mit-twaqqif tagħha u semma kif din il-kumpanija baqgħet relevanti, tesporta u anke kapaċi tistabilixxi lil hinn minn pajjiżna, u tinvesti. Il-Ministru Scicluna ddawwar mal-fabbrika mill-management tal-kumpanija, u kellu ċans jiltaqa’ mal-ħaddiema u jara x-xogħlijiet differenti li jaħdmu.

govmt_logo   tvmnews_logo   onenews_logo   maltastar_logo   timesofmalta_logo

Wednesday 10th February 2016

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *