Preparamenti sabiex pajjizna jiehu f’idejh il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea


Xi ħaga li qegħdin nisimgħu dwarha illum u li żgur se nibqgħu nisimgħu aktar dwarha fix-xhur li ġejjin, hija li Malta se tieħu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea għal-ewwel sitt xhur hekk kif nagħqilbu s-sena li ninsabu fijha. Allura din x’ se tkun qed tfisser? Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropeja waslilha ż-żmien, li kull sitt xhur imiss lil wieħed minn kull pajjiż membru, li tiehu t-tmexxija tal-Presidenza f’idejha.

Meta pajjiż jieħu t-tmexxija ta’ din il-Presidenza f’idejh jfisser li kull meeting tal-kunsill irid jidderiġieh dak il-pajjiż fdat bit-tmexxija. F’dan il-każ minn Jannar sa Ġunju tas-sena d-dieħla, Malta se tkun il-pajjiż fdat b’din it-tmexxija.

 

Il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea se tkun sfida kbira għal pajjiżna.

 

Il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea mhjiex kwistjoni li kemm toqgħod tippresjedi l-laqgħat u togħod iżżomm il-ħin u tara min jitkellem. Tirrikjedi ħafna iżjed xogħol min hekk. Dan l-għaliex, il-pajjiż inkarigat bit-tmexxija tal-Presidenza  jrid  jidħol u jmexxi l-leġiżlazzjoni minn naħa tal-Kunsill filwaqt li jimxi miegħu b’mod parallel, hemm il-Parlament Ewropew li jagħmel ix-xogħol tiegħu ukoll bħal-liġijiet, id-direttivi u r-regolamenti tal-Unjoni Ewropeja għal dawk is-sitt xhur.

Dan ix-xogħol jagħmel il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea impenjattiva ħafna,  anke minħabba l-fatt li kull pajjiż għandu interessi differenti, min hu favur dik u min hu favur l-oħra.  Trid tinnegozja mas-sebgħa u għoxrin pajjiżi oħra fi ħdan l-Unjoni Ewropea u inti trid tkun newtrali. Jiġifieri allavolja jkollok suġġetti jaħarqu li forsi jinterressaw lil pajjiżna, sfortunatament inti ma tistax titkellem fil-pubbliku dwarhom. Tista’ titkellem wara l-kwinti imma fil-pubbliku ma tistax. Trid tkun newtrali, trid tieħu dik li ngħidulha neutral stance u trid tkun kapaci li fl-aħħar tas-sitt xhur jew qabel l-aħħar tas-sitt xhur tagħlaq kemm jista’ jkun fajls jew inkella direttivi.

14_ORZjpg

Is-suċċess ta’ pajjiżek waqt li jkun qed imexxi l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea jiddependi minn kemm jirnexxilek taghmel dan. Kemm jekk dawn il-fajls huma dwar l-affarijiet barranin, kemm jekk hux fuq l-emigrazzjoni, jew inkella fuq l-ekonomija u l-finanzi. Hemm il-probabilta’ li pajjiżna se jmissu wkoll id-direttiva tar-riforma kbira fil-valur tat-taxxa miżjud. Kif ukoll, fajls fuq dik li hija l-Banking Union u fil-qasam tal-Finanzi. Se tkun impenjattiva.  Infatti biex nippreparaw għalijha, Malta kella tonfoq ammont sostanzjali sabiex tibat numru ta’ uffiċjali ġewwa Brussel ħalli jibdew jaħdmu aktar minn sena qabel, jitħarrġu sew, jippreparaw u jimxu max-xogħol tal-Unjoni Ewropeja u tal-Kummisjoni. Barra minn hekk, biex tgħin  kemm jista’ jkun, speċjalment pajjiżi żgħar bħall-pajjiżna,  hemm ukoll dik li ngħidulha t-Troika.

Bħala t-Troika, aħna flimkien ma’ żewġ pajjiżi ta’ qabilna, l-Olanda u l-Slovakja, qegħdin naħdmu bi tħejjija għal meta jasal it-terminu ta’ Malta. Dan l-għaliex bħalissa għandna l-Olanda bit-tmexxija tal- Presidenza Ewropea filwaqt li l- Islovakja se tkun qed tmexxi il-Presidenza fit-tieni sitt xhur ta’ din is-sena. Imbagħad għandna l’Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla.

orizzont thumbnail

Dan kollhu biex inkunu nistgħu bħalma ngħidu bl-Ingliż “we touch the ground running”. Jiġifieri biex aħna nkunu nafu eżattament xi jmiss, ħalli l-anqas nistennew ġurnata waħda biss, inkunu diġa nafu x-xogħol, nieħdu f’idejna it-tmexxija u nibdew mixjin. Dan sabiex f’dawk is-sitt xhur nippresjedu  u mmexxu b’suċċess f’pajjiżna dawn il-laqgħat kollha tal-kunsill fuq kull qasam, jekk hux fl-agrikoltura jew fl-ekonomija, jekk hux fl-edukazzjoni, jew huwiex fl-affarijiet barranin. F’kelma oħra, dawk li nsejjħulhom informal meetings. Għalkemm huma meetings li jsiru b’mod informali pero’ xorta jsir ħafna xogħol fijhom.

Il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea ġewwa Malta se tkun sfida kbira għal pajjiżna, rridu nuru li aħna kapaċi, li n-nies fiċ-Ċivil, l-uffiċjali tagħna huma kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol.  Nafu li mhuwiex faċli għaliex iċ-ċokon tagħna ma jagħmiliex faċli għalina sabiex inlaħqu max-xogħol ta’ pajjiżna kif ukoll max-xogħol tal-Unjoni Ewropeja f’dawk is-sitt xhur. Pero it-taħriġ beda, il-laqgħat qed nippreparaw għalijhom minn issa, in-nies u l-esperti qed jiġu appuntati ukoll u għaldaqstant għandna fiduċja li Malta se tkun kapaċi li tmexxi l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea b’suċċess.

 

il-Gimgħa 18 ta’ Marzu 2016

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *