Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna żar id-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty kmieni din il-ġimgħa fejn iddawwar mal-post u ġie introdott mal-impjegati mid-Direttur tad-Dipartiment, is-Sinjura Josette Galdes.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
[nggallery id=301]
Il-Ministru ngħata wkoll deskrizzjoni qasira tax-xogħol li jsir f’kull sezzjoni ta’ dan id-dipartiment, fosthom il-Monte di Pietà, fejn il-Ministru ġie spjegat bix-xogħol li jsir f’din is-sezzjoni partikolari.
Filwaqt li rringrazzja lill-impjegati kollha ta’ dan id-dipartiment, spjegalhom li d-dħul tal-Gvern mix-xogħol tagħhom iwassal għal ‘il fuq minn mitt miljun ewro.
Tuesday 12th April 2016