Il-Ministru għall-Finanzi jindirizza l-ewwel laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji


Il-Ministru għall-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna indirizza l-ewwel laqgħa tal-Bord tad-Diretturi responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji. L-Uffiċċju ġie mwaqqaf bis-saħħa tal-Att XVI tas-sena 2016 dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji.

 

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-Ministru Scicluna ta ħarsa lejn l-irwol li għandu l-Uffiċċu tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji. Huwa wera ruħu fiduċjuż li l-l-Bord se jaħdem b’effiċjenza biex jassigura li t-twaqqif tal-istrutturi fi ħdan l-Uffiċċju ma jieħux ħafna żmien fit-tul skont kif titlob il-liġi. Il-Ministru Scicluna enfasizza li l-konsumatur għandu jkollu rimedju effettiv u effiċjenti biex iressaq l-ilment tiegħu. Il-liġi, saħaq il-Ministru, toħloq l-istrutturi neċessarji biex l-ilmenti tal-konsumaturi jiġu analizzati u mistħarrġa fi żmien qasir. Fl-aħħar il-Ministru feraħ lill-Bord għall-ħatra tagħhom u awguralhom suċċess fil-ħidma tagħhom.

Iċ-Ċermen tal-Bord, responssabbli mill-amministrazzjoni u għall-immaniġġjar tal-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji , huwa is-Sur Geoffrey Bezzina, BA(Hons) Banking and Finance, MA(European Studies). Il-membri tal-Bord huma s-Sur Peter Muscat BA, ACIB (London), u l-avukat Anna Mallia, LLD, LLM (Lond.), Dip. Tax (MIT). Il-ħatra tal-membri tal-Bord hija għal ħames snin.

L-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji huwa l-Avukat Reno Borg BA (Hons.), MA, LLD u l-ħatra tiegħu hija għal seba’ snin.

PR161137a

 

Bio qasira fuq il-membri tal-Bord
Is-Sur Geoffrey Bezzina kien direttur fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta responsabbli mill-ilmenti tal-konsumatur. Il-Unit li mexxa f’dawn l-aħħar snin kienet ukoll responsabbli mill-edukazzjoni tal-konsumatur tas-servizzi finanzjarji. Kien impjegat tal-Awtorità għal dawn l-aħħar 20 sena.

Is-Sur Peter Muscat huwa bankier bi snin twal ta’ esperjenza fejn okkupa diversi karigi importanti fil-qasam bankarju, fosthom ma’ Intesa Sanpaolo Bank u Erste Bank (Vienna). Kien jokkupa wkoll pożizzjonijiet għolja f’diversi impriżi kummerċjali.

L-avukat Anna Mallia hija avukat bi snin twal ta’ esperjenza fil-qasam legali f’diversi oqsma ċivili u kummerċjali, fosthom fil-qasam tat-tenders u l-kuntratti. Fost karigi għolja li tokkupa, hija Aġġudikatur fit-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar, Chairperson tat-Tribunal taċ-Ċitazzjonijiet, u Chairperson tat-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

 

Saturday  21st May 2016 

 

timesofmalta_logo   maltaindependent_logo   iNews_Logo   govmt_logo

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *