Waqt il-preparazzjoni għall-budġet ikollna diversi laqgħat importanti fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li jiġbor fi ħdanu l-imsieħba soċjali, li huma it-trade unions, l-għaqdiet kollha ta’ min iħaddem u l-Gvern.
Peress li l-laqgħat tal-MCESD isiru fil-magħluq u l-ġurnalisti jkunu mistiedna biss għall-ewwel ftit minuti ta’d awn il-laqgħat, sabiex jieħu togħma tas-suġġett tad-diskussjoni u idea tal-programm tal-ġurnata u peress li normalment il-miżuri tal-budget jolqtu direttament lill-ħaddiema, wieħed faċilment jistħajjel kemm jinqala’ diżgwid bil-unjons jiġbdu naħa u min iħaddem jippruvaw jiġbdu n-naħa l-oħra. Dan jista’ jkun minnu kulltant għax wieħed dejjem jista’ jsib pożizzjonijiet differenti waqt id-diskussjonjijet.
Però, li kieku wieħed kellu jidħol għal-laqgħat mill-bidu sal-aħħar, dlonk jintebaħ bil-klima ta’ qbil li tirrenja. Issa jista’ jkun li n-naħat jaqblu meta jiddeċiedu li t-tnejn jitfgħu il-piż fuq il-gvern, fejn kulħadd jaqbel li jekk il-gvern jgħid li għandha tingħata żieda, allura għandu jħallas għaliha hu, u min iħaddem ma jħallas xejn. Problema solvuta. Drabi oħra l-qbil isir permezz ta’ kompromessi miż-żewġ naħat.
Irridu niftakru li llum il-unjins huma kbar, għandhom l-esperjenza, għaddew minn ħafna u jaraw ix-xogħol u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema lil hinn minn kwistjonijiet żgħar bħal jekk min iħaddem joffrix tè waqt il-ħin tax-xogħol. Il-unjins saru jiflu kif l-andament tal-ekonomija ser jolqot lill-ħaddiema kemm fl-immedjat u kemm fit-tul, anke miżuri li fl-immedjat ma jidhrux daqstant favorevoli iżda li fit-tul ser jagħtu l-frott għall-ġid tal-unjins u min iħaddem.
L-istess min iħaddem. Fil-passat kienu jħarsu aktar b’mod magħluq lejn l-interessi tal-azjendi tagħhom u l-profitti tal-ġurnata, però bħall-unjins, qed iħarsu fit-tul u b’mod strateġiku u jridu li l-pajjiż ikun ikollu suċċess għaliex b’hekk meta l-ekonomija tikber, jikber in-negozju, tikber id-domanda, jikber l-infieq u jikbru ukoll il-profitti u r-ritorn fuq l-investiment għal dawn in-neġozji.
Jiġifieri d-diskussjoni fi ħdan l-MCESD tkun waħda wiesgħa. Anke meta nitkellmu li l-pajjiż għandu jħares lejn il-ġustizzja soċjali, ukoll jidher li l-imsieħba soċjali qed jaqblu. Dan ifisser li kulħadd jaqbel li m’huwiex ta’ ġid għall-pajjiż u għas-soċjeta li jkun hemm il-ġid b’mod ġenerali u li minkejja kollox, dawk li jaqalgħu l-inqas isofru l-faqar b’mod li m’ hux dehen għal pajjiżna. L-istess meta nitkellmu fuq il-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali. Però ikun hemm oqsma oħrajn fejn ma jkunx hemm qbil bħal per eżempju dwar il-vaganzi pubbliċi.
Ilkoll nafu dwar il-konroversja marbuta mal-vaganzi pubbliċi li jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd u kif qabel kienu jiżdiedu mal-ġranet frank tal-ħaddiema. Ilkoll nafu li dan l-arranġament kien tneħħa u sintendi r-rappresentant tal-ħaddiema jixtiequ li ukoll jerġa jiddaħħal. Dwar il-mekkaniżmu tal-COLA, il-unjins iktar jipprovaw jimbottaw biex togħla l-paga minima nazzjonali, u naturalment, ikun irid iħallasa għaliha min iħaddem. Allura hawnhekk insibu li nuqqas ta’ kbir bejn iż-żewġ partijiet, sakemm ma jaqblux li l-Gvern ipatti għal dik iż-żieda bħal li kieku la ipattix bħal li kieku ern uqqas ta’penzjonijiet -gvern huwa xi persuna.
Il-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Finanzi qiegħed jirrapresenta lilkom li tħallsu t-taxxi – t-taxpayers. Sew min iħallas it-taxxi fuq id-dħul u sew min iħallas it-taxxa fuq kwalunkwe oġġett li jinxtara fil-ħwienet. Ma ninsewx illi meta neskludu l-ikel u l-mediċini kwalunkwe ħaġa oħra li nixtru, sew jekk servizz jew oġġett, inkunu qegħdin inħallsu it-taxxa. Allura aħna bħala poplu qed nikkontribwixxu u allura meta ngħidu “mela jħallas il-gvern” tkunu qed tħallsu intom stess minn butkom. Għalhekk xogħol il-Gvern u l-Ministru li qegħdin jirrapresentawkom u jiddefendikom jekk ma jkunx jaqblilkom.
Matul dawn il-laqgħat dmiri hu li nisma’ b’attenzjoni kbira għal dak li għandhom xi jgħidu l-imsieħba soċjali, kif ukoll nieħu nota tal-proposti tagħhom sabiex kemm jista’ jkun isibu ruħhom mal-miżuri li ser jieħu l-gvern.
Nista’ ngħidilkom li meta naqbad il-miżuri kollha u narhom b’mod separat, nara li hemm miżuri ta’ kull tip li jolqtu sew id-dħul ta’ dak li jkun, kif ukoll il-penzjonijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u sintendi, bosta oħra f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa, l-edukazjoni u l-benefiċċji soċjali.
Nisperaw illi l-quddiem inkunu nistgħu ukoll nagħtu aktar ħjiel fuq xi jkun qiegħed jinħema għall-budġet, u sakemm imbagħad tasal il-ġurnata innifisha fejn jiena nkun nista’ nħabbarhom u nagħti rendikont ta’ dak li għamilna matul is-sena li tkun għaddiet.
Però sa dakinhar, nassigurakom li hemm ħafna x’għad irid isir, bl-ikbar diffikultà tkun l-għażla l-aktar miżuri li huma ta’ priorità għall-pajjiżna. Irridu niftakru li l-flus huma limitati u n-nefqa tiddependi fuq id-dħul tal-gvern. Dan ifisser li l-għażla trid issir bir-reqqa u b’ħafna ħsieb.
Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru 2016
2 responses to “Il-Budget u l-Imsieħba Soċjali”
how to buy priligy im 16 years old One year, the Ms
Cortez alnnXLIeGyyauD 5 21 2022 where can i get cytotec without a prescription How to use oxybutynin chloride oral