Il-Borża u l-Investiment Finanzjarju


L-investiment finanzjarju qisu munita biż-żewġ naħat tagħha. Fuq naħa waħda għandek id-depożitant jew l-investitur. Dak illi għandu flusu u jgħaddihom lil ħaddieħor u talli jagħmel hekk, jieħu ritorn sodisfaċenti għalih. Filwaqt li fuq in-naħa l-oħra għandna l-kumpaniji, illi għandom ħafna ideat però ma’ jkollhomx il-finanzi u għaldaqstant jaqgħu fuq min jipprovdi dawn il-finanzi. Dawn imbagħad jinvestuhom u jagħtu ritorn tajjeb fuq il-proġetti kbar jew żgħar li jista’ jkollhom tkun xi tkun l-attività li tkun qed tqallalhom il-flus, u tiġġenera profitti.

Sfortunantament iż-żewġ naħat tal-munita llum qed jiffaċċjaw sfidi kbar, li nisperaw li jintrebħu bil-mod il-mod.

X’inhuma l-isfidi għad-depożitant? Qed jiffaċċja ambjent fejn ir-rati tal-imgħaxx qatt ma kienu daqsekk baxxi fl-istorja ta’ pajjiżna jew tad-dinja kollha. Tant hu hekk, li f’ċertu pajjiżi anki qegħdin fi stat ta’ diflazjoni; kunċett illi qatt ma’ esperjenzajna. Tant huwa għal kuntrarju tan-normal li qiesek qed tistenna bniedem jimxi rasu l-isfel. Aħna imdorrijin li npoġġu l-flus fil-bank biex naqalgħu l-imgħaxx fuqhom. Bid-diflazzjoni, ċertu pajjiżi qed ipoġġu flushom il-bank u jħallsu l-imgħaxx fuqhom. Bl-istess mod, fil-prezzijiet tal-prodotti, minflok jgħolew, jaqgħu xahar wara xahar u sena wara sena. Naraw ukoll li l-prezz tal-prodotti tal-manifattura u tal-propjetà jaqgħu sena wara l-oħra. Din hija id-diflazzjoni. Dak hu li qed jiġri fil-pajjiżi affetwati minnha. F’Malta, nirringrazjaw il-Bambin, ma għandniex din id-diflazzjoni però għandna rata ta’interessi baxxa li tirrifletti dak li qigħed jiġri fl-Ewropa u fid-dinja tal-lum.

 

orizzont thumbnail

 

Id-depożitant speċjalment jekk wieħed ikun pensjonant fejn għamel għomru u żmienu iġemma’ biex mal-pensjoni ikollu xi ħaġa biex jissuplimenta d-dħul tiegħu, qed jara din il-ħolma tisfa’ fix-xejn, għax dawk il-flus kollha ma jirrendux l-imgħaxx sodisfaċenti biex ikun jista’ jgħix kif kien immaġina qabel. Din ir-realtà ġdida qajmet rabja kbira, rabja illi ma hi tort ta’ ħadd għax sfortunatament dan huwa l-ambjent finanzjarju li qed ngħixu fih. Dan ma ġarax biss għad-depożitanti Maltin iżda anke fosthom il-Ġermaniżi. Dawk kollha illi bbażaw it-tfaddil tagħhom, jiġifieri dak li ġemmgħu fil-banek ġew affetwati b’dan il-mod, peress li l-banek huma l-iktar li qed jagħtu rati baxxi ta’ imgħaxx. Huwa propju għalhekk li wieħed irid jiddifersifika.

Il-problemi qed jaffettwaw ukoll b’mod sħiħ lin-naħa l-oħra tal-munita, jiġifieri lill-kumpaniji li jfittxu l-finanzjament għall-proġetti tagħhom. Dan għax l-intermedjarju ta’ bejn id-depożitant u l-kumpaniji huma fil-parti l-kbira tagħhom il-banek, u l-istituzzjonijiet finanzjarji. Jiġifieri, l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji huma dawk li jgħaddu l-flus mingħand id-depożitant għal għand il-kumpaniji.

Dawn għaddew minn kriżijiet kbar minħabba l-kriżi finanzjarja internazzjonali ta’ tmien snin ilu, li irriżultat f’tant regolamenti u liġijiet ġodda bl-iskop li jipproteġu l-konsumatur u l-istabbilità finanzjarja globali u anki tal-pajjiżi individwali. Dawn ir-regoli saru biex bil-kliem, meta aħna inkunu qed nagħmlu dawn il-liġijiet, inkunu nistgħu ngħidu li ser nevitaw il-kriżi finanzjarja u ser naraw li ma terġax tiġri, la f’ħajjitna u lanqas f’ħajjet it-tfal tagħna.

Però isikka minn hemm u isikka min hawn, protezzjoni minn hemm u regolamenti minn hawn, il-banek spiċċaw b’tant regolamenti illi issa qegħdin jibżgħu li jispiċċaw jiksru xi regolamen u jħabbtu diffrejhom mar-regolatur. Allura minflok jamministraw dawn ir-riskji, jispiċċaw jagħmlu dak li bl-Ingliż ngħidulu de-risking, jiġifieri jippreferu li iwaqqgħu attività milli jirriskjaw li jiksru xi regolament billi jkomplu f’dik l-istess attività.

Per eżempju, fejn is-soltu banek Amerikani jagħmlu tranżazzjonijiet ma’ banek fl-Ewropa jew f’pajjiżi Għarab, issa qed jippreferu iwaqqfu dawn it-tranżazzjonijiet milli jirriksjaw li jidħlu fl-inkwiet minħabba f’dawn l-istess tranżazzjonijiet. Tant hemm riskji illi mhux worthed illi joqgħodu jidħlu f’dawk l-ispejjeż u allura iwaqqgħu it-tranżazzjonijiet, li jfissru negozju. Banek f’Malta u f’pajjiżi oħra fir-reġjun tagħna qed isibuha diffiċli biex per eżempju, jgħaddu il-flus f’pajjiżi barra għal kummerċ, għaliex dawn correspondent banks jkunu twaqqgħu.

Il-problema fin-naħa tal-munita li hija tal-kumpaniji tkompli tikber għax il-kumpaniji mhux biss qed isisbu diffikultà mill-banek għax qed jagħmluhielhom diffiċli biex isellfuhom il-flus u jagħtuhom il-kreditu li għandhom bżonn, però anki qed jagħmluha diffiċli biex jiftħulhom kontijiet. Dan qed isir għa barra ir-regolamenti finanzjarji, issa għandna wkoll regolamenti kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu.

Imma wieħed jistaqsi, hekk għandu ikun? Iva hekk għandu ikun però, qed jiġri li il-mod ta’ kif pajjiż li qiegħed il-bogħod minn ċertu reġjuni jara r-riskji li jeżistu f’dawk ir-reġjuni, qed ibeżża’ lil dak il-pajjiż u jżommu milli jagħti kreditu jew jgħaddi t-tranżazzjonijiet meħtieġa. Ir-riżultat ta’ dan kollu huwa li kull ma jmur, aktar qed isir diffiċli biex isir l-investiment. Issa nafu li għall-anqas f’pajjiżna għandna investiment ġej imma fl-Ewropa m’huwiex. Bħala pajjiż fl-Ewropa, aħna jimpurtana minn dak kollu li qed jiġri madwarna għax aħna niffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea, fejn l-investiment huwa baxx ħafna, u allura b’dawn l-ostakoli iktar qegħdin naraw problemi.

Għalhekk issa li Malta dieħla għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea f’Jannar li ġej, aħna għandna ser ikollna rwol f’dan kollu. Għalkemm aħna ma niddeċidux liema liġijiet ġodda jibdew isiru, peress li hemm proċess u aħna irridu inkomplu mmexxu fejn ħalla ħaddieħor,  u joħorġu affarijiet oħra minn kummisjonijiet ġodda. Però aħna għandna l-fakultà li nagħżlu dawk il-files, dawk id-direttivi, li l-iktar li se jressqu dan l-investiment. Fosthom hemm il-Capital Market Union, jiġifieri fejn l-Ewropa tagħmel dawk id-direttivi biex tarmonizza u tiżviluppa is-swieq tal-kapital, mhux biss, il-banek iżda wkoll il-boroż tal-pajjiż.

Aħna għandna l-Borża ta’ Malta, li jiena fl-aħħar Baġit għamilt minn kollox biex nagħtiha dik l-ispinta. Għamilna ir-refund fuq id-dividends għal min jinvesti fuqhom u issa joħodhom kollha fejn qabel kienitx hekk.  Tajna pjattaforma ġdida lil kumpaniji żgħar biex ma joqgħodux jgħaddu minn dawk ir-regoli kollha u jħallsu flejjes kbar biex jisselfu maż-€2 miljuni u €3 miljuni fuq il-Borża. U ser inniedu bond ġdida għall-pensjonanti b’rata favorevoli.

Għamilna kwalunkwa mezz ta’ inċentivi fiskali biex nagħtu spinta lill-Borża ta’ Malta għax irridu nagħtu l-possibilità lill-Maltin li jiddiversifikaw l-investiment, issa li qed jaqalgħu iktar flejjes, qed jiżdidilhom id-dħul u qed iġemmgħu iżjed.

Irridu imorru l-bogħod minn dak il-mudell fejn inpoġġu flusna kollha fuq investiment wieħed bħal per eżempju fuq il-propjetà. Dak li jkun ma jaqbillux li jagħmel hekk, għax hawn tant mezzi oħra fejn wieħed jista’ jinvesti u jkollu dħul aħjar, u jnaqqas ir-riskju għalih.

Kieku xi ħadd investa fil-Borża ta’ Malta fil-bidunett meta fetħet l-ewwel darba 25 sena ilu mill-kalkoli, skont il-kalkoli  li għamilna sibna, li kull sena dak li jkun kien ikollu ritorn ta’ 8% kull sena għal 25 sena sħaħ.

Żgur li ħadd ma kellu idea li l-Borża ta’ Malta, fuq medda twila taż-żmien, setgħet tagħti dak ir-ritorn.  Allura qegħdin kemm jista’ jkun ninkuraġixxu iktar tagħlim sabiex il-Maltin jikkunsidraw dawn l-opprotunitajiet sew għalihom bħala investituri kif ukoll għall-kumpaniji, speċjalment żgħar li jsibu l-kapital meħtieġ.

L-Orizzont- Ġimgħa 4ta’Novembru

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *