Il-Borża ta’ Malta għalqet 25 sena imwaqqfa. Il-Borża hija suq fejn wieħed ibiegħ jew jixtri bonds tal-gvern jew shares ta’ kumpaniji. Meta kumpanija tixtieq tissellef xi flus, ngħidu aħna €50 miljun minn fuq il-Borża, tagħmel dak li ngħidulu Initial Public Offer jew IPO jiġifieri hi tħabbar li ser toffri ishmba jew bonds lis-suq, u dan tagħmlu permezz tal-prospectus. Dan huwa brochure illi jfiehem eżattament l-istorja il-kumpanija, jekk hix finanzjarjament sostenibbli, xi proġetti għandha u għalfejn qed tagħmel l-IPO. Imbagħad l-operaturi ta’ dan is-suq il-brokers, iqisu huwiex il-każ li wieħed jinvesti li jagħtu parir biex wieħed jinvesti f’din il-kumpanija. Imbagħad, l-ishma jew bonds jinbiegħu permezz ta’initial offering.
Mill-għada il-prezz tal-ishma ma jkunx l-istess bħal dak tal-offerta oriġinali imma skont li jgħid is-suq. Jekk hemm domanda kbira jitla’, jekk ma hemmx domanda jaqa’. Jekk ikun hemm il-biża li l-kumpanija sejra ħażin jew fl-aħbarijiet l-affarijiet juru li l-ishma m’ għandomx futur jibda jaqa’ l-prezz tagħhom. Kultant jaqa’ b’tisbita kbira fejn ikun hemm min jitlef miljuni kbar.
Fil-Borża ta’ Malta għandna numru ta’ kumpaniji li għandom l-ishma tagħhom li huma nnegozjati. Hemm ukoll il-bonds tal-gvern, kif ukoll il-corporate bonds jiġifieri bonds tal-kumpaniji privati.
Però inħoss li l-Borża għandha potenzjal ħafna ikbar minn hekk, u għalhekk il-board il-ġdid li jiena waqqaft sena ilu kellu ħafna inizjattivi u għamel pjan strateġiku illi fehemu lill-pubbliku u lill-brokers.
Inizjattiva minnhom hija l-prijorità li kemm jista’ jkun ninkoraġġixxu negozji żgħar, speċjalment tal-familja, anke dawk li jkunu kibru u waslu fit-tieni jew tielet ġenerazzjoni li jkunu waslu f’sitwazjoni illi jew ser jisselfu somom kbar biex isostnu n-negozju tagħhom, jew li lesti jdaħħlu nies li mhux parti mill-familja fuq il-board tagħhom ħalli jkabbru l-kumpanija. Iżda dawn il-kumpaniji kienu jsibu numru ta’ intoppi, fosthom li ma jifilħux għall-ispejjeż kbar involuti biex wieħed imur fuq il-Borża.
Għal dan il-għan, inħolqot pjattaforma ġdida għal kumpaniji żgħar illi jridu jisselfu inqas minn €5miljuni li hija aktar sempliċi b’inqas spejjeż. Din il-pjattaforma illum hija realtà u jisimha Prospects u sar ħafna xogħol fuqha, fosthom ta’ reklamar fejn kien hemm bosta konsulenti finanzjarji li offrew li jagħmlu dak li ngħidulu hand holding jiġifieri jiggwidaw lill-kumpaniji żgħar li jkunu mħajjra biex jidħlu fil-Borża, u jiddieriġihom bħal dan il-pass.
Allura kien ta’ pjaċir għalija li ftit ilu ġew imħabbra li hemm żewġ kumpaniji żgħar, SFA S.p.A u IG Finance plc, waħda Maltija u oħra Taljana rispettivament, illi ideċiedew li jisselfu l-flus permezz ta’ din il-platform ġdida Prospects. Dan jawgura tajjeb biex aktar kumpaniji żgħar jitħajjru jipparteċipaw f’din il-pjattaforma biex dawk il-kumpaniji li għandhom potenzjal, jistgħu joħorġuh kollu permezz tal-kreditu li jistgħu jiksbu minn fuq il-Borża. Dawn huma aħbarijiet sbieħ mhux biss għan-negozji ż-żgħar, iżda wkoll għal dawk kollha li jġemmgħu il-flus u li jixtiequ modi oħra ta’ kif jinvestu flushom.
Aħbar tajba oħra li habbarna hi li l-Borża żiedet it-trading hours jiġifieri s-siegħat li matulhom jiġu l-brokers jinnegozzjaw fuq il-Borża. filfatt ser jirduppaw. Jiġifieri fejn qabel in-negozjar kien isir mid-9:30am san-12:30pm issa ġie estiż bi tlett sigħat. Din hija miżura li ttieħdet għax hemm iktar xogħol, ifisser ukoll illi l-brokers għandom iktar biex jinnegozzjaw u li l-Borża tagħna issa telgħat skaluna oħra biex, bejn wieħed u ieħor, tiffunzjona bl-istess siegħat ta’ ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Din hija xi ħaġa li hija sabiħa, li ħadu gost biha il-brokers, kif ukoll l-Assoċjazzjoni tal-Azzjonisti ż-Żgħar. Din hija assoċjazzjoni ta’ shareholders żgħar illi ħafna drabi jkunu f’minoranza. L-interess u l-motivazzjoni tagħhom wasslu biex il-Borża taddotta dawn l-ideat u tmexxi din l-inizjattiva wkoll.
Aktar ‘il-quddiem inkun nista nħabbar aktar inizjattivi oħrajn li ser iwasslu biex il-Borża ta’ Malta tiġbed aktar attenzjoni lejha fl-ambitu Malti. It-tmexxija tal-Borża qegħda tagħmel xogħol siewi fejn qed tiltaqa’ ma’ diversi operaturi barra min Malta biex tattira kumpaniji kbar biex jillistjaw fuq il-Borża ta’ Malta kif ukoll qed tattira numru ta’ funds ukoll.
Dan kollu ser isarraf f’iktar opportunitajiet għall-familji Maltin u Għawdxin li jkunu jridu aktar għażla fejn jinvestu flusom u li jkollhom ritorn adekwat jew aħjar milli qed jieħdu f’ċertu banek u li ma jkunux kuntenti bihom. Dan huwa l-iskop tal-Borża ta’ Malta, li nawgurawlha futur sabiħ.
Il-Ġimgħa 28 ta’ April 2017
2 responses to “Il-Borża ta’ Malta ssir aktar aċċessibbli għan-negozji ż-żgħar”
I don’t think the title of your article matches the content lol. Just kidding, mainly because I had some doubts after reading the article.
I don’t think the title of your article matches the content lol. Just kidding, mainly because I had some doubts after reading the article.