Jekk hemm xi ħaġa li tinkwieta lil ħafna nies hija n-nuqqas ta’ servizz jew servizz ħażin li jingħataw meta ma jagħtux kashom jew jagħtuhom prodotti li ma jaħdmux sew.
Meta tanalizza dan kollu tara li warajhom hemm il-persuna, imma iżjed minn hekk hemm l-organizzazzjoni.
Huwa minnu li hemm nies li jaqdu b’mod ħafna aħjar minn ħaddieħor, jew inkella sfortunatament ikunu żorri allura jimbuttaw lil dak li jkun, imma meta tara każ wara ieħor tirrealizza li din mhix kwistjoni tal-persuna involuta imma hemm l-organizzazzjoni warajha.
L-organizzazzjonijiet kummerċjali huma dawk fejn hemm nies ta’ negozju ta’ iktar minn persuna waħda,….. tnejn, tlieta, erbgħa, ħamsa – uħud jidħlu fihom il-mijiet, oħrajn l-eluf, skont in-natura tagħhom.
Organizzazzjoni l-mod kif titmexxa hija parti xjenza u parti arti. Organizzazzjoni li hija militari tkun trid titmexxa b’mod differenti minn ngħidu aħna Università jew inkella post tar-riċerka. Insibu tliet tipi t’organizzazzjonijiet.
Insibu bħalma għidt fl-ewwel każ, il-militari – li huma aktar b’dixxiplina u bil-frosta fejn trid tikmanda, trid tobdi, iktar dixxiplina iebsa u ma tistax tvarja minnha – m’hemmx demokrazija.
Forsi ftit inqas hemm il-kunventi imma ftit iżjed hemm il-ħabsijiet – jiġifieri dawn huma tip t’organizzazzjoni li huma ddixxiplinati ħafna. In-natura tagħhom titlob hekk. Ubbidjenza assoluta.
Hemm organizzazzjonijiet oħrajn fejn hemm dixxiplina però jkun hemm aktar demokrazija, fejn wieħed jisma’ l-managers, ikun hemm il-laqgħat, ikun hemm il-boardroom, kulħadd jagħmel is-suġġerimenti tiegħu. Din hija l-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet li nsibu aħna fid-dinja tan-negozju.
Imbagħad hemm organizzazzjonijiet oħra li huma kompletament demokratiċi fis-sens li min qiegħed fuqhom ma jistax jindaħlilhom speċjalment f’postijiet tar-riċerka, fejn għandek xjentisti li huma biss ikunu jafu x’inhuma jagħmlu allura ħadd ma jista’ joqgħod jiddettalhom x’għandhom jagħmlu. Iktar tmur bir-riżultat milli joqgħodu jfissrulhom x’għandhom jagħmlu. F’dawn il-postijiet nsibu per eżempju anki fejn jipprovdulhom postijiet ta’ divertiment jew postijiet fejn wieħed jistrieħ, bħal tennis courts, swimming pools u post ieħor fejn wieħed jista’ jirrilassa għaliex l-importanti li l-bniedem ikun kuntent u jagħti r-riżultat mistenni.
Nismigħu ħafna bil-Microsoft u kumpaniji oħra anki f’Malta fl-igaming li jipprovdu dal-postijiet fejn wieħed jista’ jkun rilassat, jistrieħ u jerġa’ jmur lura fuq xogħolu biex jipprova jsolvi l-problemi kbar li jkun hemm.
Issa min-naħa l-oħra, min imexxi jrid ikollu l-ħiliet, irid ikollu l-kapaċitajiet li jmexxi. Ħafna nies li huma tajbin u xjentisti u bravi fix-xogħol tagħhom, m’humhiex kapaċi li jmexxulek erba’ min-nies tagħhom. Ma jafux iżommu dixxiplina, ma jafux l-organizzazzjoni kif taħdem, m’għandhomx il-psikoloġija li jifhmu lil dak li jkun sfortunatament, u allura ħafna organizzazzjonijiet jisfaxxaw fix-xejn.
Ma mmorrux ’il bogħod. Steve Jobs – li kien imexxi l-famuża Apple – teknoloġija li affaxxaniat lid-dinja u għamlet revoluzzjoni kbira, ma kienx kapaċi jmexxi l-organizzazzjoni tiegħu u wasal fi stadju fil-ħajja tiegħu fejn kellhom ikeċċuh mill-organizzazzjoni tiegħu stess biex imbagħad reġà daħal numru ta’ snin wara.
Jiġifieri ħafna organizazzjonijiet magħrufa, kultant huma msemmijin għal min imexxihom għax huma kapaċi.
Ryanair nafu li Ryan li kien il-partner ta’ Mike O ‘Leary u li flimkien ghax kienu kapaċissimu, għamlu revoluzzjoni f’dak li huma low-cost airlines, titjiriet bl-irħis, u nibqgħu sejrin hekk.
Jiġifieri l-organizzazzjonijiet huma l-moħħ wara ħafna suċċessi jew inkella disfatti.
F’dan il -kuntest u aħna nħobbu nikkumparaw bejn is-settur pubbliku u dak privat. Kultant ingergru għas-settur pubbliku għal raġunijiet politiċi jew raġunijiet oħra. Ħafna drabi ngħidu li mhux kapaċi jagħti riżultati bħalma jagħti bi ħlas fis-settur privat. Xi veritajiet ikun hemm għalkemm l-ineffiċjenza tinstab f’kull settur.
Hu għalhekk l-Universitajiet u istituzzjonijiet tat-tagħlim oħra jagħllmu l-management biex persuni ikoolhom dawk il-kapaċitajiet u ħiliet li jgħinu lil min ikun qed imexxi.
Għax mhux kulħadd imwieled intraprenditur.
Mill-esperjenza tiegħi naħseb li l-aktar diffiċli huwa meta l-organizzazzjoni ma tiffunzjonax u tkun trid tistruttura ruħha għax hemmhekk inti toqros lin-nies u se jkun hemm iċ-ċaqlieq kbir.
Ħadd ma jieħu gost b’dawn it-tibdiliet speċjalment jekk ikunu kontrieh jew irid ikun hu li jirranġa.
Fuq kollox però huwa importanti li min ikun qed imexxi – sew fis-settur pubbliku u anki fis-settur privat – irid jagħti kas kbir tal-organizzazzjoni jekk ma tkunx qed tiffunzjona jew twassal ir-riżultati mixtieqa.
Jekk il-klijent mhux kuntent u sodisfatt bis-servizz mogħti, wieħed għandu jħares mill-qrib lejn l-organizzazzjoni li jkun qed jappartjeni magħha u jiddeċiedi x’bidliet ikun hemm bżonn li jsiru.
U dan jghodd sew għas-settur pubbliku u sew dak privat.
2 responses to “Min imexxi jrid ikollu l-Kapaċitajiet Meħtieġa”
Thanks for sharing. I read many of your blog posts, cool, your blog is very good.
Can you be more specific about the content of your article? After reading it, I still have some doubts. Hope you can help me.