L-aħħar ċifri maħruġa mill-Eurostat juru li f’Malta, fi żmien sentejn, ir-rata ta’ nies li huma kkunsidrati li jgħixu f’faqar sinifikanti għax huma mċaħħdin minn affarijiet materjali u soċjali, naqset bin-nofs, minn 22.9 fil-mija fl-2014 għal 10.5 fil-mija fl-2016.
Dan it-tnaqqis sinifikanti rrifletta tnaqqis sostanzjali kemm fir-rata ta’ nisa li huma mċaħħdin mill-affarijiet materjali kif ukoll tal-irġiel.
“Dan it-tnaqqis fil-faqar f’Malta huwa kollu mertu ta’ numru ta’ budgets suċċessivi li kienu mmirati mhux biss li jżidu l-ġid imma li jqassmuh b’mod li jitnaqqas il-faqar. Ħdimna b’dan il-mod għax kuntrarjament għal dak li kien isir qabel, aħna rrikonoxxejna l-problema tal-faqar u attakkajniha bil-qawwi permezz ta’ numru ta’ miżuri f’budget wara l-ieħor”, sostna l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Il-Ministru Scicluna żied jgħid li l-ewwel tliet budgets tal-Gvern indirizzaw l-erba’ kawżi ewlenin li potenzjalment iwasslu bniedem fir-riskju ta’ faqar: nuqqas ta’ xogħol, dħul baxx, anzjanità u diżabbiltà, jew mard serju.
Dan sar permezz ta’ diversi miżuri, fosthom it-tnaqqis fit-taxxi, l-introduzzjoni ta’ ċentri ta’ childcare b’xejn, it-tapering ta’ benefiċċji u l-in-work benefit li wasslu biex iktar nies, partikolarment nisa, ma jibqgħux dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali imma joħorġu jaħdmu, iż-żieda fil-paga minima, id-diversi żidiet fil-pensjonijiet u l-qtugħ ta’ taxxa fuqhom, kif ukoll iż-żidiet fil-benefiċċji għal persuni b’diżabbiltà u biż-żieda fil-formolarju ta’ mediċini b’xejn.
“Ninsab kunfidenti li ċ-ċifri fejn jirrigwarda faqar u riskju tiegħu se jkunu aktar baxxi għal din is-sena u s-sena dieħla hekk kif il-budgets għas-sena li waslet biex tgħaddi u l-miżuri fil-budget għas-sena 2018 komplew u se jkomplu jassiguraw li l-ġid li qed jinħoloq se jkompli jasal għand kulħadd”, temm jgħid il-Ministru Scicluna.
Thursday 14th December 2017
One response to “Budgets suċċessivi jkomplu jnaqqsu l-faqar”
Thanks for sharing. I read many of your blog posts, cool, your blog is very good.