Fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum id-Dwana, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna inawgura s-sezzjoni ġdida tal-klieb li se jkunu qed jintużaw biex ikunu identifikati prodotti tat-tabakk, droga u flus li jkunu qed jiddaħħlu b’mod illegali.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Il-Ministru Scicluna, filwaqt li semma’ l-investiment f’apparat b’teknoloġija sofistikata li sar u li se jibqa’ jsir, kif ukoll dak li sar fir-riżors uman, saħaq li l-pass li jmiss huwa li jitkompla t-taħriġ tal-uffiċjali f’dik li hija sorveljanza intelliġenti.
Il-Ministru Scicluna faħħar ix-xogħol siewi li qed isir mid-Dwana u semma’ kif l-użu tat-teknoloġija elettronika qed tnaqqas il-burokrazija fis-settur tan-negozju. Huwa kompla jsemmi kif logħba fuq il-mobile, maħsuba biex tgħallem liż-żgħażagħ tagħna dwar ir-rwol tad-Dwana u x’wieħed għandu jiddikjara, ġiet rikonoxxuta mill-Unjoni Ewropeja tad-Dwana f’għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha. Din se tkun qed tiġi tradotta f’diversi lingwi sabiex tkun aċċessibbli fil-pajjiżi kollha li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea.
Apparti l-ħarsien tal-fruntieri, d-Dipartiment tad-Dwana għandu wkoll ir-rwol li jiġbor it-taxxi tas-sisa u d-dazju tal-importazzjoni—“flus meħtieġa ħafna mill-gvern għas-servizzi soċjali, tas-saħħa, u tal-edukazzjoni. Minkejja dan, id-Dipartiment tad-Dwana jrid jara li fit-twettiq ta’ ħidmietu biex ikunu salvagwardjati l-interessi tal-pajjiż u tal-poplu, ma joħloq ebda xkiel lin-negozjant permezz ta’ burokrazija żejda”, qal il-ministru.
Filwaqt li faħħar u awgura lill-ħaddiema tad-Dwana għal ħidmiethom, il-ministru appella lir-rekluti l-ġodda biex juru l-istess amor proprju f’xogħolhom, bħall-uffiċjali tad-dwana li rtiraw mid-Dipartiment tad-Dwana, filwaqt li jżommu fuq quddiem nett il-prinċipji tal-integrità, tas-serjetà, tar-rettezza, tal-korrettezza, kif ukoll il-kompetenza meħtieġa.
L-attività ta’ Jum id-Dwana ttellgħet biswit il-binja tad-Dwana fix-Xatt ta’ Pinto, fil-Belt Valletta.
Wednesday 12th September 2018
10 responses to “Inawgurata is-sezzjoni tal-klieb tad-Dipartiment tad-Dwana f’Jum id-Dwana”
reading this weblog’s post to be updated daily.
ocenili váš obsah. Dejte mi prosím vědět.
Can you be more specific about the content of your article? After reading it, I still have some doubts. Hope you can help me.
muito dele está a aparecer em toda a Internet sem o meu acordo.
také jsem si vás poznamenal, abych se podíval na nové věci na vašem blogu.|Hej! Vadilo by vám, kdybych sdílel váš blog s mým facebookem.
) Znovu ho navštívím, protože jsem si ho poznamenal. Peníze a svoboda je nejlepší způsob, jak se změnit, ať jste bohatí a
) Vou voltar a visitá-lo uma vez que o marquei no livro. O dinheiro e a liberdade são a melhor forma de mudar, que sejas rico e continues a orientar os outros.
|Tato stránka má rozhodně všechny informace, které jsem o tomto tématu chtěl a nevěděl jsem, koho se zeptat.|Dobrý den! Tohle je můj 1. komentář tady, takže jsem chtěl jen dát rychlý
på grund af denne vidunderlige læsning !!! Jeg kunne bestemt virkelig godt lide hver eneste lille smule af det, og jeg
gruppe? Der er mange mennesker, som jeg tror virkelig ville