“Qtugh ta’ €40 miljun fl-ispiza pubblika kurrenti bil-mod kif gie deskritt, u fuq bagit li digà gie approvat, jitqies bhala programm t’awsterità. Li twaqqa’ s-salarji tal-Gvern b’€10 miljun, li jien nistma li jsarrfu telfa ta’ bejn 400 u 500 impjieg u 400,000 siegha overtime, u li taqta’ €25 miljun ohra minn programmi u entitajiet governatttivi li d-dettaliji taghhom ghadhom ma thabbrux, huwa programm t’awsterità.
Gvern Laburista kien jara li ma jidholx f’dan l-isqaq meta kellu c-cans. Il-mod kif issa ser timxi l-Unjoni Ewropea ghal quddiem fuq il-bagits kien jafu sew il-Gvern. Allura kieku l-Gvern wera ftit umiltà meta l-Kummissjoni osservatlu li d-deficit mhux sostenibbli, kien jipprepara bagit li ma jkollux bzonn ta’ revizjoni. Bagit bi spiza ta’ €3 biljun u dhul ta’ kwazi l-istess ammont kellu spazju bizzejjed ghal ekonomiji fuq hela li jammontaw ghal €40 miljun, u b’hekk ma kienx ikollu bzonn jaqta’ fil-laham il-haj bhal ma gie kostrett li jaghmel illum.
Imma l-Ministru Tonio Fenech ghazel triq ohra. Qal li l-mudell tal-Kummissjoni kien konservattiv min-natura tieghu, u li c-cifri tal-Ministru kienu aktar reali u fattwali, u ghalhekk il-Bagit kif ipprezentat dakinhar ser jaghti risposta konvincenti lill-Kummissjoni.
Issa l-Kummissjoni giet lura u qaltlu li l-Bagit mar zmerc minn dawn il-miri. F’din is-sitwazzjoni l-Gvern kellu fi ftit jiem iwieghed li ser jaqta’ l-ispiza bil-valur li ndikatlu l-Kummissjoni. L-€40 miljun ma naqqashomx mil-progett ta’ Bieb il-Belt, izda ser inaqqashom mis-salarji u programmi utili ohra.”
Kullhadd, il-Hadd, 15 ta’ Jannar, 2012