Biex il-ġid li jipproduċi l-pajjiż jitqassam aħjar, waħda mill-indikaturi li għandna fuq il-faqar huwa l-persentaġġ ta’ persuni li d-dħul tagħhom huwa inqas minn ċertu linja u b’hekk isibuha diffiċli jgħixu il-ħajja normali.
Indikatur ieħor huwa li jħares lejn is-sinjuri tal-pajjiż; jekk per eżempju 1% ta’ dawk il-familji l-iktar li jaqilgħu flus jaqilgħu daqs 30% tad-dħul tal-pajjiż, dan jirriżulta f’nuqqas ta’ ekwita kbira u għalhekk, tirrealizza li hemm allokazzjoni mhux ekwa. Dawn huwa indikaturi validi. Imma x’tagħmel? L-ewwel hemm min jgħidlek biex tintaxxa lis-sinjuri li hija faċli li wieħed jgħidha iżda diffiċli li twettaqha.
Kien hemm ħafna gvernijiet fi Franza u fl-Ingilterra fejn per eżempju għamlu li r-rata tat-taxxa fuq il-footballers jew artisti minħabba li dawn jaqilgħu il-miljuni fis-sena tkun għolja ħafna. Din il-miżura kienet waslet biex dawn l-individwi emigraw f’pajjiż ieħor fosthom fil-gżejjer tal-Karibew fejn ir-rata ta’ taxxa hija aktar baxxa.
B’hekk, mhux biss il-gvernijiet ma laħqux l-għanijiet tagħhom, iżda tilfu wkoll id-dħul li kienu jiġu intaxxati bħal li kieku kienu b’rata normali u għalhekk xorta waħda kien idaħħal xi ħaġa l-Gvern.
Kien hemm min issuġerixxa lil dawn il-gvernijiet biex jagħmlu taxxa qawwija fuq min għandu jott lussuż; l-istess hemmhekk, is-sidien ta’ dawn l-opri tal-baħar bdew jirreġistrawh f’port ieħor. L-istess ġie suġġerit fuq kowtijiet tal-fur jew fuq affarijiet ta’ lussu fosthom djamanti; imbagħad tara lil dawn in-nies jivvjaġġaw bil-jet privat tagħhom. U fejn taħsbu li ser jixtruhom fawn il-prodotti lussużi? F’dan il-każ, dawn in-nies meta jivvjaġġaw m’humiex ser jimportawh (id-djamant) biex wara jkollhom imorru jiddikjarawh u jħalsu d-dazju lid-dwana; l-istess japplika għall-kowt tal-fur.
Kien hemm min isuġġerixxa sabiex jiġu intaxxati l-kumpaniji; b’mod partikolari kumpaniji ġiganteski li jrendu l-miljuni fuq profitti. Ir-raġunament kien tipo dawn il-għala inqas milli jħallas kull wieħed u waħda minna. Pero’ dan jista jwassal biex ma jkunx hawn investiment fil-pajjiż bħal ma jiġri f’pajjiżi bħal Franza u l-Ġermanja għall-fatt li l-investitutri jitwerwru minn dik it-taxxa għolja li tista twassal biex anke bħala kumpanija tista taffaċċja ċertu problemi.
Min-naħa tagħna bħala Gvern kien għalhekk li ħadna azzjoni mhux f’dak li jirrigwarda taxxa imma għamilna minn kollox biex nindirizzaw il-faqar b’mod ieħor. Iżda kif għamilna dan?
Aktar kmieni din il-ġimgħa nnotajna kif sal-aħħar ta’ Mejju li għadda, n-numru ta’ nies qegħda f’Malta naqas bi kważi 7% meta kkomparat mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel. Dan is-suċċess ekonomiku huwa grazzi għall-għaqal u l-bżulija ta’ dan il-Gvern; illi malli kiseb il-fiduċja tal-elettorat, kien minn ta’ quddiemnett sabiex jindirizza il-faqar. Sitwazzjoni li fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti din kienet biss perċezzjoni!
Waħda mill-fatturi ewlenin li jikkawżaw il-faqar huma n-nuqqas ta’ xogħol. Ma nistgħu qatt ninsew kif sa ftit tas-snin ilu, f’Malta kien hawn eluf ta’ familji qegħda jew l-aktar l-aktar kien hemm min kien jaħdem iżda xorta waħda baqa maħkum fil-faqar minħabba l-prekarjat!
Sabiex jindirizza l-prekarjat, dan il-Gvern beda jagħti l-għajnuna lil dawn in-nies- kemm dawk qegħda, kif ukoll dawk li kienu qed jgħixu bil-paga minima. Din is-sitwazzjoni prekarja ġiet indirizzata minn dan il-Gvern permezz ta’ għajnuniet għall-familji bħaċ-child care b’xejn, u aktar investiment fl-edukazzjoni bil-għan li din tal-aħħar tilħaq aktar tfal u żgħażagħ minn kull faxxa tas-soċjeta.
Apparti li saħħaħna l-istipendji u saħansitra qegħdin nagħtu stipendju anke lil dawk l-istudenti li rrepetew sena, dan il-Gvern qed ikompli jtaffi mijiet ta’ ewro lill-familji li għandhom it-tfal li ser ikunu ħa jagħmlu l-eżamijiet tal-O Level u l-A Level. Eżamijiet importanti li jwittu t-triq lil dawn it-tfal u ż-żgħażagħ għall-futur tagħhom. Permezz ta’ dawn it-tip ta’ inċentivi, il-Gvern tassew qiegħed juri kemm huwa impenjat sabiex jgħin lil kwalunkwe persuna timxi l’quddiem u mhux tibqa maħkuma fl-istess skaluna.
L-edukazzjoni hija għodda siewja li sservi sabiex l-individwu jimxi l’quddiem f’ħajtu li jwassal għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar ta’ dak li jkun; u huwa b’hekk li wieħed jasal f’punt fejn joħroġ miċ-ċirku tal-faqar. Evidentament, il-miżuri tal-Gvern qegħdin jixhdu kemm din il-problema qegħda tiġi ndirizzata long term.
Mill-miżuri li ntroduċa dan il-Gvern tul dawn l-aħħar sitt snin, kwalunkwe familja li kienet fil-faxxa vulnerabbli bi dħul baxx, iffrankat eluf ta’ ewro fi spejjeż billi ġew indirizzati u pprovduti minn dan il-Gvern. Dan kollu seta jkun possibbli grazzi għall-bżulija mill-miżuri li ttieħdu sabiex b’hekk illum il-ġurnata qegħdin ngħixu f’surplus li minnu qegħdin igawdu l-familji Maltin u Għawdxin.
Minkejja dawn l-avvanzi fl-industrija tax-xogħol li kull ma jmur qiegħed iwassal għal tkabbir ekonomiku b’saħħtu, ma nistgħu qatt naqtgħu linja dritta. Ta’ min wieħed jinnota kif il-pensjonanti huma klassi ta’ niex li qegħdin f’riskju ta’ faqar.
Għal dan il-għan, il-Gvern minn erba snin ilu lil hawn kull ma jmur kompla jżid fil-pensjonijiet bil-għan li huma wkoll igawdu mis-surplus li qed jirreġistra pajjiżna. Apparti minn hekk, neħħejna t-taxxa fuq il-pensonijiet li jfisser li dawn l-anzjani bejniethom qegħdin igawdu minn titjib fil-pensjoni tagħhom ta’ għaxar miljun ewro.
Ta’ min wieħed isemmi li għat-tielet darba konsekuttiva, l-anzjani qegħdin igawdu mill-bond tal-Gvern ta’ 62+ fejn qegħdin jinvestu flushom u jaqilgħu rata ta’ mgħax għola minn dik li qegħdin joffru s-servizzi kummerċjali. Minn din l-iskema qegħdin jibbenefikaw aktar minn 21,000 anzjan u anzjana li qed iwassal sabiex dawn il-pensjonanti ipparteċipaw f’total ta’ €300 miljun f’bonds.
Faxxa oħra ta’ nies li huma fil-mira tal-faqar huma l-morda, individwi bi sfidi ta’ saħħa mentali, bi tbatijiet fiżiċi kif ukoll dawk li għandhom xi nuqqasijiet. F’dan ir-rigward, il-Gvern ukoll qed joffri l-għajnuniet neċessarji skont il-mezzi tiegħu.
Iżda minn dan kollu, il-klassi tal-faqar dejjem tibqa fejn hi? Il-veru soċjalista jemmen li għandu jkun hemm ugwaljanza dejjiema u din tista’ sseħħ permezz tal-mobilita’ soċjali.
Dan il-Gvern kontinwament qiegħed jgħin lil dawk il-familji li jkunu fil-faxxa vulnerabbli ħalli b’hekk joħorġu miċ-ċirku tal-faqar. Dawk l-ulied qed ikollhom il-faċilita’ li bl-inċentivi li qed joffri l-Gvern- childcare, chilcare, eżamijiet kif ukoll trasport għall-iskejjel u anke dak pubbliku b’xejn kif ukoll aktar tisħiħ fl-istipendji qegħdin jitilgħu is-sellum ħalli b’hekk jimxu ‘l quddiem skont l-abilita’ tagħhom u b’hekk ilaħqu daqs ħaddiehor li ġej minn familji tat-tajjeb. Dan kollu huwa biss possibbli permezz tal-edukazzjoni: iċ-ċavetta li tiftaħ il-biebien għal aktar opportunitajiet u anke tagħti lok għal mobilita’ soċjali li kull ċittadin u familja minn kwalunkwe faxxa qed tatiha l-liberta’ u l-abilita’ li timxi l’quddiem skont ix-xewqha u l-abbilta’ tagħha. B’dan il-mod biss wieħed jista jara li l-ġid verament jitqassam bl-aktar mod ekwu u aħjar.
Is-Sibt 29 ta’ Ġunju 2019
3 responses to “Ninvestu fl-Edukazzjoni biex Neliminaw il-Faqar”
buy priligy generic triprolidine increases and metaproterenol decreases sedation
where buy cytotec without dr prescription 4 950 4 900 4 000 4 000 4 000 3 899 3 770 3 700 3 688 3 588 3 588 3 500 3 500 3 500 3 500 3 500 3 400 3 388 3 300 3 300
Your article helped me a lot, is there any more related content? Thanks!