Hila, Esperjenza, Kredibilità


Intervista ma Edward Scicluna, Kandidat tal-PL ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

1. X’inhi l-bazi li fuqha ddecidejt li tikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u x’inhi l-bazi li fuqha se tkun qieghed isservi bhala MEP?

Fl-esperjenza tieghi osservajt li filwaqt huma hafna li jitmashnu u jiggieldu ghall-partit politiku taghhom u kultant anke jitilfu rashom, fil-kuxjenza taghhom ihossu li l-ahjar ghall-familja taghhom u ghal pajjizhom ikun li min ser jirrapprezentahom fil-parlament sew f’pajjizhom kif ukoll barra dan ghandu jkun moderat.

Iriduh jirraguna, li jisma’, li lest li bl-ghaqal jasal ghal kompromess li filwaqt li jkun gust irid ikun prattiku. Iz-zmien tal-estremizmu ghadda. Dan ma jfissirx li taccetta l-ingustizzji. Dan qatt ma ghandu jkun ittollerat. Imma l-hajja hija qasira u wiehed irid ikun prattiku u tmexxi. Imbasta dan ikun ghall-gid tas-socjetà Maltija u Ghawdxija.

L-istudji tieghi fil-politika u ekonomija li ghamilt bhala student, sew Malta u sew barra, ghamilthom ghax ridt inkun naf iktar dwar kif nistghu ntejbu l-hajja li nghixu u nsib gharfien biex niehdu decizjonijiet politici ahjar.

Barra s-sighat li ghamilt nghallem lill-eluf ta’ student tul dawn l-ahhar tletin sena, jiena qattajt hafna snin iktar ma’ politici inkluz Ministri u Prim Ministri, nies li dderigew kumpaniji kbar jew it-trade unions. Kollox kien jippermja mad-dinja tal-politika.

Kont immiss maghha spalla ma’ spalla. Il-pariri li tajt sew lil dan il-gvern kif ukoll il-gvern Laburista dejjem tajthom fl-interess pubbliku. Kont dejjem oggettiv. Però qatt ma stennejt li min ried jattwahom kien irid bilfors johodhom minghajr xi tibdil. Dejjem fhimt li l-politiku kien irid hu li jissogra l-hajja politika tieghu. Min-naha wahda l-politiku kien ikun iktar intiz biex japplika dak li kont naghtih bhala pariri.

Min-naha l-ohra kien jiddispjacini li l-politiku kien mohhu fil-hajja qasira tal-politika tieghu u kull azzjoni kienet wisq marbuta ma’ dan. Bhal hafna kont kritiku kbir ta’ kif titmexxa l-politika f’pajjizna.

Dan l-ahhar hassejt imbuttatura ikbar biex jekk irrid li jsir xi tibdil dan ghandu jibda minni billi nohrog ghonqi jien ukoll ghad-dinja politika.

Bhala membru tal-Parlament Ewropew, wiehed ghandu l-unur ikbar li jkun qed jirraprezenta mhux xi lokalità jew distrett izda lil pajjizu kollu kemm hu. Ir-responsabbilità hija kbira. Imma zgur li s-sodisfazzjon m’huwa xejn inqas.

2. Kemm temmen li MEP Malti jista’ jaghmel differenza f’Parlament daqstant kbir?

L-esperjenza ma’ istituzzjonijiet internazzjonali li kelli x’naqsam maghhom bhal Unesco, l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Bank Dinji, l-Unjoni Ewropea, u n-Nazzjonijiet Uniti u ohrajn ghallmuni li mhux kemm hu kbir pajjizek jghodd, izda kemm jirnexxilek tigbed rispett lejk minn membri ohra ta’ pajjizi ferm akbar.

Hafna drabi iktar ma tiggieled ghal pajjizek iktar tigbed rispett.

Niftakar per ezempju snin ilu f’Ateni fil-Grecja fejn kont nirrapprezenta lil pajjizi fil-Pjan ta’ Azzjoni fil-Mediterran (MAP) fi hdan il-UNEP, kont nispicca b’battibekk mar-rapprezentant ta’ Franza. Dan kien joffendini u jibbuljani fl-ispeeches tieghu u jirridikolani ghax pajjizi kien jikkontribwixxi somom zghar lejn dan il-progamm. Darba però wara ikla kbira li kellna kien gie fuqi u qalli “Dr. Scicluna inti veru ambaxxatur dehen ta’ pajjizek. Veru nammirak.” Zgur li qatt ma kont nistenniha li rapprezenant ta’ pajjiz ferm ikbar minn taghna jghidli kliem bhal dan.

Snin wara din il-persuna bl-isem ta’ Destremau kien appuntat ambaxxatur Franciz f’pajjizna u bqajna hbieb kbar.

Bir-rispett reciproku tista’ twassal lehen pajjizek f’postijiet li bis-sahha dghajfa taghna zgur ma tohlomx li ser tasal

3. X’inhuma t-temi ewlenin li tara li hu fl-interess ta’ pajjizna li MEP elett ghandu jqajjem fi Brussel u/jew x’tahseb li huma l-iktar setturi li se jkunu qeghdin jinghataw priorità mill-MPE’s li se jkunu eletti f’isem il-PL?

Inkunu qed nidhku bil-poplu jekk naghtu l-impressjoni li min ser jigi elett bhala MEP ser jitla’ jiggieled ghal pajjizu b’dawk l-issues li huwa jkun semma fil-programm tieghu bhala temi ewlenin. L-agenda tal-parlament Ewropew ma jaghmluhiex il-pajjizi individwali, u l-anqas xi parlamentarju wahdu. Il-bicca l-kbira tax-xoghol issir kollettivament. S’intendi hafna huma l-issues li jigu mithaddta fil-kumitati jew fil-parlament li jolqtu lil pajjizna.

Huwa hawn li l-mod kif wiehed jinnegozja u jinfluwenza u jivvota jista’ jhalli mpatt pozittiv fuq pajjizu. Dan jghodd sew meta jigi mqabbad jikteb rapport li s-suggett tieghu ikun ferm qrib il-bzonnijiet ta’ pajjizu, kif ukoll meta jkun qed jiehu sehem attiv f’xi kumitat tal-parlament.

Huwa l-fatt li MEP ikun hemm bhal kok fil-kcina, u li jkun midhla ta’ xi tkun qed issajjar l-Unjoni Ewropea ghalina. Huwa d-dmir tal-MEP li jinforma lil niesu f’pajjizu b’dan, kif ukoll ihoss il-polz ta’ pajjizu biex jirrifletti dan meta jithaddet ma’ membri ohra tal-parlament minn pajjizi ohra. L-issue li l-Maltin u l-Ghawdxin ihossu bhala prioritatjiet huma maghrufa. Insemmi biss l-immigrazzjoni li l-Maltin ihoss li mhux qed tigi mmaniggjata tajjeb xejn mill-gvern Malti u sew mill-Unjoni Ewropeja. Hemm in-nuqqas ta’ drittijiet li bhala cittadini ta’ l-Unjoni Ewropea li qed jigu mcahhda lilhom mill-gvern Malti.

Hemm il-weghdi fiergha li l-gvern ghamel fil-konfront ta’ kif ser timxi l-Unjoni Ewropea maghna wara s-shubija. L-Ghawdxin, in-nies tad-dockyard, in-nassaba u kaccaturi, dawk li jahdmu ghas-suq lokali, u l-bdiewa. Dawn kollha jghidulek li gew traduti. Il-gvern ghamel hsara kbira billi tellef il-fiducja li dawn in-nies seta’ kellhom fl-Unjoni Ewropea.

4. X’tara li huma l-ikbar sfidi li ghandha quddiemha l-Unjoni Ewropea fi zmien li zej?

L-Unjoni Ewropea tixtieq li tkun b’sahhitha ekonomikament daqs l-Amerika, b’dinamizmu fil-kumpaniji taghha, li tkun l-iktar pajjiz kompettitiv fid-dinja, li tkun l-ewwel fir-ricerka, u fl-istess hin trid li taghmel dan b’ruh socjali, li tkun inklussiva, li ma thallix la familji u l-anqas pajjizi membri jaqghu fil-faqar.

Mhu facli xejn li taghmel dan. Infatti huwa ferm difficli li ssib bilanc f’ dan il-kuntest. Huwa ideal li tajjeb li wiehed jipprova jasal ghalih izda ta’ spiss ser tara kazi fejn tibda taqta’ qalbek li dan jista’ jintlahaq.

Din hija l-ikbar sfida li ghanda l-Unjoni Ewropeja quddiemha.

5. X’inhi r-raguni li ghaliha fis-6 ta’ Gunju li gej, il-votant Malti u Ghawdxi ghandu jaghti vot lill-kandidati tal-Partit Laburista?

Il-Partit Laburista li jappartjeni lill-familja Socjalista Ewropea jiddistingwi ruhu bil-kbir minn partiti ohra fl-enfasi li jaghti lejn l-ghajnuna liz-zghir, ditti zghar, familji bi dhul medju jew baxx, u lis-self-employed zghar kif ukoll membri ohra tas-socjetà li jhossuhom dghajfa. Ma tistax tghid li ghandek dan it-twemmin u ma tohrogx tivvota ghal kull wiehed u wahda mit-tnax il-kandidat/a tal-Partit Laburista.

6. X’differenza tista’ taghmel il-hatra tieghek fil-PE ghac-cittadini Maltin u Ghawdxin fil-legislatura li jmiss tal-PE?

Nixtieq li nsarraf l-abbilità u l-esperjenza tieghi, kif ukoll l-kredibilità li ngawdi mill-poplu Malti u Ghawdxi fl-iktar mod tangibbli – dak li insahhah id Malta fl-Ewropa.

Kullhadd – Il-Hadd 26 ta’ April 2009


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *