F’maltemp qalil f’ Jum l-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali nhar is-Sibt, 10 ta’ Marzu l-Ewroparlamentari Laburista l-Professur Edward Scicluna żar il-lokalitajietta’ l-Iklin, Hal-Safi, Birżebbuga, Marsaxlokk, Żurrieq u Hal-Kirkop fejn iltaqa’ mal-kandidati Laburisti u ma’ uffiċjali lokali tal-Partit Laburista u nies oħra li kienu qed jgħinu f’dan il-proċess demokratiku.
[nggallery id=74]
—
Nhar il-Hadd 11 ta’ Marzu L-Ewroparlamentari Laburista l-Professur Edward Scicluna kien il-mistieden fuq il-Programm TVAM prezentat minn Pierre Portelli fejn ta l-analizi esperta tieghu dwar l-esodu tal-Elezzjonijiet Lokali li saru s-Sibt 10 ta’ Marzu f”hamsa u tletin lokalita f’Malta u Ghawdex. Il-Partit Laburista rebah dawn l-elezzjonijiet b’maggoranza ta’ 56 fil-mija tal-voti
—
Nhar il-Hadd 11 ta’ Marzu L-Ewroparlamentari Laburista l-Professur Edward Scicluna kompla bl-impenji kontinwi tieghu l-ghada tal-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali . Il-Professur Scicluna kien il-mistieden fi programm ta’ 3 sieghat fuq ONE TV flimkien mal-gurnalista Julia Farrugia u l-‘lecturer’ u konsulent Joe Vella Bonnici, mmexxi mill-gurnalista Jonathan Attard. Matul dan il-programm Il-Professur Scicluna flimkien mal-mistiedna l-ohra fisser b’mod dettaljat ir-rizultati ta’ dawn l-elezzjonijiet u s-sinifikat taghhom.
– 12 March, 2012