Iz-Zona Ewro se tisfaxxa?


Dwar il-krizi finanzjarja u ekonomika li ghaddejja minnha l-Grecja ilna nisimghu. Ghaddejja minn diffikultajiet finanzjarji kbar. Lejn problemi simili resqin Spanja u l-Portugall. L-istampa kompliet ticcajpar bid-decizjoni ta’ ftit jiem ilu, b’‘Rating Agency’ taghti daqqa ohra ‘l isfel, din id-darba lill-Irlanda. Kollha pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea u taz-Zona Ewro. Ma dankollu ma jfissirx li dan l-ghawg ekonomiku huwa marbut biss maz-Zona Ewro. Xejn minn dan. Jista’ jigri l-istess fil-pajjizi tad-dinja kollha.

Ta’ min wiehed, f’dan l-istadju, imur ftit lura fl-istorja, fl-isfond ta’ dan kollu – il-kummerc bejn pajjiz u iehor. Huwa fatt li aktar ma jkun hemm kummerc bejn pajjiz u iehor, aktar il-pajjizi jistaghnew. Huwa ghalhekk li kul hadd jipprova jinkoraggixxi kemm jista’ jkun il-kummerc, l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Kummerc li kien, u ghadu, isir minn pajjizi li l-bicca l-kbira ikollhom il-munita differenti taghhom. Fuq kollox il-kummerc jitlob li fuq medda ta’ ftit snin jinzamm bilanc estern.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija kien twaqqaf il-Bank Monetarju Internazzjonali (IMF) biex jara li jinzamm dan il-bilanc, biex tithaddem rata ta’ kambju fissa, u meta r-rizervi ma jservux, tghin l-IMF u xi pajjizi hbieb, u jekk dan ma jwassalx, l-pajjiz jasal biex jizvaluta r-rata tal-kambju tieghu, bhala rimedju tal-ahhar.

Is-sistema ma kinetx wahda stabbli ghax kien hemm pajjizi li minn naha kien qed jigrilhom bhalma gralha l-Grecja fil-prezent, u ohrajn, bhall-Germanja u l-Gappun, li kellhom ‘surplus’ kbir estern.

Tinholoq minn nuqqas ta’ kompetittività fil-pajjizi dghaj fin. Ma tesportax bizzejjed u timporta aktar milli tesporta. Dan iwassal ghal deficit mhux tant fil-kont tal-Gvern imma fil-kont barrani tieghu.

Il-fus tas-sistema kien id-Dollaru, u meta dan kellu l-problemi kbar tieghu f’Awwissu tal-1971, is-sistema falliet u minn rata fissa nqalbet ghal wahda teknikament maghrufa bhala “floating”, tiela’ u niezla, bir-rati tal-kambju jinbidlu kull minuta jew sekonda tal-gurnata.

Meta pajjiz kien imur lura ekonomikament, sew bl-izva lutar (taht is-sistema ta’ qabel l-1971) jew bid-dghjufija tal-valur tar-rata tal-kambju (taht is-sistema prezenti) iwassal biex jerga’ jinholoq bilanc fil-kummerc bejn il-pajjizi. Dan jigri billi jzid l-esportazzjoni peress li l-prezz tal-produzzjoni esportata kien issa jkun orhos minn qabel, imma fl-istess hin jizdiedlu l-prezz tal-importazzjoni, xi haga li kien jilqa’ ghaliha billi titnaqqas l-importazzjoni. Kien hemm zmien li dan ghamluh diversi pajjizi, fosthom l-Ingilterra u hafna ohrajn. Ukoll illum araw il-Germanja kif irrankat l-esportazzjoni taghha malli ddghajjef l-ewro.

X’jigri f’kaz ta’ problema f’pajjizi li jifformaw grupp ta’ pajjizi, bhalma huma dawk taz-Zona Ewro, fejn l-izva lu tazzjoni ma tistax issir minn xi pajjiz membru?

Min holoq iz-Zona Ewro u maghha l-munita Ewro, kien jaf li jista’ jkun hemm problemi. L-ekonomisti kienu qed jghidu li l-ewro ghandha d-difetti u allura dejjem hemm il-periklu li tfalli. Il-fatt li kontra dak li jigri fl-Istati Uniti, m’hemmx suq wiehed b’movi ment qawwi ta’ migrazzjoni ta’ haddiema bejn regjun u iehor. Ukoll l-Unjoni Ewropea m’ghandhiex federazzjoni bil-poteri li tintaxxa u tqassam skont il-bzonn tar-regjuni.

Konxji minn dan, hasbu ghal tali sitwazzjoni billi holqu skema imsejha “Pakkett ta’ Tkabbir u Stabilità” li permezz tieghu geghlu lill-pajjizi membri jirrestringu d-deficit taghhom ghal taht it-3% tal-Prodott Gross Do mestiku u li jzommu d-djun taghhom bax xi, ecc. Dan kollu biex iz-Zona ma tersaqx lejn il-periklu li tinsab fih illum.

Sfortunatament din l-iskema giet traskurata. Inghataw diversi ragunijiet ghal dan, fosthom li ma nzammitx dixxiplina. Kienet x’kienet ir-raguni, gara dak li gara lill-Grecja, u li bil-mod il-mod qed jigri lil Spanja u lill-Portugall. Qed noqorbu lejn sitwazzjoni li hadd ma jixtieq li tasal, u b’hekk naslu ghal bzonn ta’ rimedji li s-sistema m’ghand hiex.

Facilment titqajjem il-mistoqsija jekk dan ifissirx li jista’ jisfaxxa l-pjan kollu taz-Zona Ewro bil-konsegwenzi kollha li dan igib mieghu.

Sa ftit xhur ilu l-ebda ekonomista ma kien jghaddilu minn mohhu li z-Zona Ewro qatt tista’ tisfaxxa. Imma issa nistghu nghidu li bhal donnu bdiet tigi accettata l-probabbiltà zghira hafna, hafna, hafna li dan jista’ jsir.

Digà hemm qabza. Filli dan qatt ma jista’ jsir u filli hemm probabbiltà zghira, zghira, zghira hafna. Jigifieri dahal digà d-dubju.

Teknikament huwa iktar facli li membru taz-Zona Ewro johrog. Li pajjiz li ma jkunx jista’ jzomm, jaghmel bhalma kien isir qabel. Jizvaluta u jipprova jsolvi l-problema. Kieku ahjar hekk milli jipprova bl-istess valur jisforza bi programm ta’ awsterità kiefra biex jipprova jasal fejn ghandu jasal.

Izda politikament, jekk jigri dan, mill-ewwel “il-marda” tittiehed. Is-swieq finanzjarji jduru ghal pajjizi dghajfin ohrajn. Wiehed wara l-iehor, jigrilhom l-istess, bir-rizultat li minn problema tispicca f’katastrofi.

Huwa ghalhekk li l-mexxejja Ewropej qatt ma joholmu li dan jista’ jsir. Ma jaccettawx li jhallu dan isir u jistghu, jekk iridu, jaghmlu minn kollox biex dan ma jsirx. Li jridu jaghmlu huwa li jghinu lill-Grecja. Ghalkemm qed jitolbu lill-Grecja taghmel is-sagrificcji, jekk dan ma jkunx bizzejjed il-Grecja trid l-ghajnuna. Issa mhix kwistjoni ta’ haqqhiex jew le. Jekk ma jridux li z-Zona Ewro tfalli allura jridu jghinu lill-Grecja, u dan iridu jaghmluh l-pajjizi sinjuri fiz-Zona Ewro.

Sfortunatament, bhalissa pajjizi sinjuri bhalma huma l-Germanja u l-Awstrija, li m’ghandhomx bzonn programmi ta’ awsterità, qed ifasslu programmi ta’ awsterità. Qed iduru ghall-pensjonijiet, ghall-beneficcji socjali, ma jzidux il-pagi u mizuri iebsin ohrajn, mizuri li qed jaghmluhom pajjizi sinjuri. Din hija xi haga redikola. Filosofija ta’ min ibati bl-aroneksja.

In-numru ta’ ekonomisti li qed jghidu li dan ma jaghmilx sens qed jizdied. Dak li hemm bzonn huwa li l-pajjizi sinjuri, bhall-Germanja, Franza u ohrajn bhalhom, hu li jonfqu aktar halli bid-domanda taghhom il-pajjizi dghajfin fil-Mediterran ikollhom l-opportunità jesportaw aktar.

Barra minn hekk hemm il-fond kbir ta’ €750 biljun, mahsub biex jghin u biex juri lid-dinja li jekk se jkun hemm problemi hemm l-ghajnuna lesta. Hemm il-Bank Centrali Ewropew flimkien mal-possibiltà li aktar ’il quddiem jinholoq Fond Monetarju Ewropew bhalma huwa l-Fond Monetarju Internazzjonali.

Il-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea flimkien ghandhom ir-rizorsi. Huma b’sahhithom bizzejjed. Il-problema hija jekk hemmx ir-rieda politika. Jekk il-votant Germaniz jaccettax li jghin u jaghti u mhux biss isellef lill-Grecja.

F’termini semplici, jekk m’hemmx din ir-rieda allura l-problema taz-Zona Ewro se tkompli.

www.l-orizzont.com – It-Tnejn, 26 ta’ Lulju, 2010


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *