Investiment ekonomiku u socjali


Stramba, imma vera! Ma tezisti ebda statistika ufficjali f’Malta dwar kemm nisa jahdmu johorgu bil-leave tal-maternità kull sena; kemm idumu bil-leave u kemm jircievu salarju tul dan l-istess leave. Dan meta pajjizna, b’14-il gimgha leave tal-maternità u jumejn biss bi hlas ghall-missirijiet f’kaz ta’ twelid fil-familja, jinsab isfel nett tal-klassifika tal-Unjoni Ewropea. F’pajjizna, l-ispiza kollha ghal dan il-leave tingarr minn min ihaddem mara li ssir omm.

Sadattant, quddiem il-Parlament Ewropew jistenna approvazzjoni imminenti hemm Rapport li qed jipproponi li mill-inqas il-leave tal-maternità jkun estiz minn 14 ghal 20 gimgha mhallsin filwaqt li dak ghall-missirijiet ikun estiz ghal gimaghtejn.

Ir-rapport, li thejja mill-Ewroparlamentari Socjalista Portugiza Edite Estrela, jipproponi wkoll li kull pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea jkun irid jimplimenta dan fi zmien tliet snin.

Huwa rakkomandabbli li l-Gvern jibda jigbor din l-istatistika importanti fid-dawl tal-implikazzjonijiet socjali u ekonomici li ggorr maghha din ic-cirkostanza attwali. U ladarba l-Gvern lanqas biss jigbor statistika, ahseb u ara kemm ghandu mhejji xi studju dwar tali implikazzjonijiet socjali u ekonomici li jista’ jfisser il-leave tal-maternità u paterni tà. Bhas-soltu nistennew lill-Unjoni Ewropea ticcaqlaq biex ahna naghmlu pass.

Kif mistenni, ir-Rapport ta’ Estrela xeghel bozza hamra f’pajjizna, l-aktar fost dawk li jhaddmu, filwaqt li indika ragg ta’ tama fost il-haddiema nisa li jitqarrbu pass iehor lejn il-livelli tan-nisa f’pajjizi oh rajn tal-Unjoni Ewropea.

Wiehed ghandu jnehhi l-kappell lill-Malta Business Bureau (MBB) li flok qaghdet tparla biss harget b’rapport dwar kif jarawha huma s-sitwazzjoni b’dak propost mir-Rapport Estrela.

Huwa stat ta’ fatt li fil-prezent l-ispiza kollha ghal dan il-beneficcju tingarr kollha kemm hi minn min ihaddem. U allura facilment tifhem li l-konkluzjonijiet tar-Rapport tal-MBB huma bbazati fuq principji ta’ prekawzjoni u certa biza’ minn pizijiet godda.

Ir-Rapport tal-MBB jghid li z-zieda ta’ sitt gimghat leave tal-maternità mhallsin ukoll u l-introduzzjoni ta’ gimaghtejn leave mhallsin lill-missier jiswew lill-ekonomija Maltija total ta’ €12.3 miljun riflessi f’0.29% tal-PGD.

Fil-prezent ir-rata f’Malta ta’ nisa jahdmu hija ta’ 37.7% tan-nisa f’età tax-xoghol, ipparagunata mar-rata ta’ 58.6% fl-Unjoni Ewropea. Skont ir-Rapport tal-MBB kieku kellu jkun estiz il-leave tal-maternità ir-rata Maltija tkompli titbaxxa peress li min ihaddem jibda jikkonsidra l-piz li jrid igorr meta jimpjega haddiema nisa. Ma jikkonsidra l-ebda beneficcji ohrajn u kieku stess, iqis dawn bhala marginali.

Certament li dak li assuma r-Rapport tal-MBB jitlob li jkun ribilancjat

Kien ghalhekk li b’rakkomandazzjoni u b’konsultazzjoni mal-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat dhalt ghall-impenn li nhejji studju, “L-impatt ekonomiku tal-parental leave: Evalwazzjoni tal-beneficcji u l-ispiza”. Studju bbazat fuq kwantità ta’ studji xjentifici li saru tul dawn l-ahhar 30 sena f’diversi pajjizi madwar id-dinja, u specjalment fl-Unjoni Ewropea. Kien ta’ sodisfazzjon ghalija naghti prezentazzjoni dwar dan l-istudju fis-seminar organizzat mill-Fondazzjoni IDEAT tal-Partit Laburista nhar is-Sibt, 31 ta’ Lulju li ghadda, fic-Centru Nazzjonali Laburista, il-Hamrun, u li ghaliha attendew l-unjins principali u l-organizzazzjonijiet tan-nisa. Fl-istess seminar saret ukoll prezentazzjoni tar-Rapport tal-MBB.

Fir-rigward ta’ pajjizna, dak propost fir-Rapport Estrela, kuntrarjament ghal dak li kkonkluda r-Rapport tal-MBB, il-beneficcji huma sinifikanti filwaqt li l-ispiza hija ferm inqas minn dik stmata mill-MBB. L-ispiza tkun madwar in-nofs, ammont li jkompli jonqos meta jitqiesu affarijiet li r-Rapport tal-MBB assuma barra minn lokhom, bhal meta kkonsidra li l-probabilitajiet ta’ twelid huma l-istess ghal kull mara, kemm jekk hi u kemm jekk mhix fid-dinja tax-xoghol.

Fl-opinjoni tieghi l-ispiza ghall-estensjoni ta’ sitt gimghat fil-leave tal-maternità u l-introduzzjoni ta’ gimaghtejn leave ghall-paternità, tammonta ghal madwar €5 miljuni f’sena.

Waqt li stqarrejt dan ghedt li ma xtaqtx li nintilfu fuq cifri stmati meta dawn nistghu liberament inkunu nafuhom b’aktar certezza permezz ta’ ‘Labour Force Survey’ fost in-nisa li jahdmu.

Stharrig bhal dan jaghti rizultat attwali ta’ kemm nisa jkunu fuq leave tal-maternità, kemm jiehdu leave tal-maternità u kemm salarji jircievu waqt li jkunu bil-leave tal-maternità. Stharrig li jista’, u ghandu jsir fuq kampjun ta’ nisa li kellhom tarbija, jew li adottaw tarbija, tul is-sena li ghaddiet.

Jista’ jkun li jkun hawn min johrog bil-proposta li l-ispiza ghal dan il-beneficcju tkun sussidjata mill-Gvern.

Fl-istudju tieghi mkien ma sem mejt sussidju. Imma huwa fatt li finanzjament irid ikun hemm. Tqum il-mistoqsija: minn min? Ejjew nifhmu sew. Is-sitwazzjoni prezenti – li l-piz tal-finanzjament igorru kollu, u wahdu, min ihaddem dik il-mara li ssir omm, huwa ingust, diskriminatorju u stramb. Ingust u diskriminatorju mhux biss fil-konfront ta’ min ihaddem, imma wkoll fil-konfront tal-haddiema nisa.

Min ihaddem haddiema nisa qed ikun “penalizzat” ghax irid igorr il-piz kollu wahdu meta jhallas il-leave tal-maternità. Dan huwa ingust.

Min-naha l-ohra huwa ingust fil-konfront ta’ haddiema nisa, specjalment zghazagh, li jkunu qeghdin ifittxu x-xoghol u li gha lih ikunu qeghdin jikkompetu haddiema rgiel u nisa. Min ihaddem certament li jiehu in konsiderazzjoni r-“riskju” li l-haddiema zghazagh nisa jistghu johorgu tqal, bil-“konsegwenza” li jridu jinghataw is-salarju xorta wahda ghal-leave tal-maternità. Fl-istess hin haddiema nisa jistghu jkunu diskriminati wkoll fil-pagi offruti, jigifieri aktar baxxi, proprju minhabba l-possibilità tal-leave tal-materni tà.

Huwa stramb hafna li filwaqt li riskji finanzjarji relatati ma’ pen sjonijiet, leave ghal waqt il-mard, servizzi tas-sahha huma mifruxin fuq il-popolazzjoni koll ha li tahdem permezz ta’ diversi skemi ta’ assigurazzjoni, ma tezisti ebda skema f’Malta li tiffinanzja “ir-riskju”, jew il-pro babilità, li mara li tahdem ikollha tarbija.

Kieku obbligazzjoni socjali bhal din kellha tinfirex u maghha jkun introdott leave paternali mhallas, ikun ta’ ghajnuna kbira biex tonqos id-diskriminazzjoni attwali u potenzjali fil-konfront ta’ haddiema nisa f’età li jistghu jkollhom tarbija.

Huwa fatt li f’pajjizna l-piz ghall-finanzjament tal-beneficc ji socjali, inkluz l-edukazzjoni u s-sahha, qed jingarr mill-ftit ghall-hafna, minn madwar 150,000 haddiem fultajm u madwar 25,000 partajmer, ghal aktar minn 400,000 persuna fil-popolazzjoni ta’ pajjizna. Li jfisser li jrid jizdied in-numru ta’ dawk li jahdmu.

Ifisser li trid tikber l-ekonomija. Trid tizdied il-produzzjoni. Biex inkunu fil-medja tal-Unjoni Ewropea jridu jinholqu 70,000 impjieg gdid, li jrid ikun hawn min jaghmilhom.

Qeghdin isiru zewg affarijiet li jmorru kontra l-kurrent ta’ dan kollu. Ghandna riserva kbira ta’ nisa li jistghu jahdmu, imma li ma jahdmux, minhabba li, fost affarijiet ohrajn, m’ghand homx leave tal-maternità bizzejjed. Hemm imbaghad id-diversi skemi ta’ rtirar kmieni lil haddiema f’età tal-hamsini jiet meta dan ifisser li jkun ghad fadlilhom numru sabih ta’ snin jahdmu u jikkontribwixxu flok jizdiedu mal-lista ta’ dawk li jiehdu.

Ir-Rapport tal-MBB jghid li z-zieda fil-leave tal-maternità tkun tfisser li tkompli tonqos ir-rata ta’ nisa jahdmu. Kuntrarjament ghal dan, studju tal-Bank Centrali Ewropew fi 12-il pajjiz tal-Unjoni Ewropea fuq medda ta’ 20 sena fost nisa li l-età taghhom tvarja bejn 25 u 54 sena, zieda fil-leave tal-maternità ssarfet f’zieda fil-percentwal ta’ nisa jahdmu.

Fil-kaz ta’ Malta, li bhalissa tgawdi minn 14-il gimgha leave biss, l-estensjoni ta’ sitt gimghat ohrajn issarraf f’massimu ta’ disa’ punti percentwa li. Dan ikun ifisser bejn 7,000 u 8,000 mara ohrajn jahdmu.

Kull finanzjament ghal dan il-ghan jista’ jfisser rendiment konsiderevoli lill-ekonomija Maltija, inkluz is-settur tan-negozju.

Apparti l-beneficcji pozittivi, u digà pprovati, fuq is-sahha tal-omm u tat-tarbija, hu mill-aktar notevoli l-effett li jista’ jkun hemm biex ninqalghu mir-rekord baxx li ghandna fejn jirrigwarda partecipazzjoni femminili fid-dinja tax-xoghol. L-effetti ekonomi ci huma sinifikanti. Anke jekk timmultiplika z-zieda biss b’€10,000 fis-sena digà gibt bejn €70 u €80 miljun f’pagi godda.

Huwa evidenti li l-kapacità produttiva tal-pajjiz u l-possi bilitajiet fiskali huma mxekklin mill-proporzjon baxx ta’ popolazzjoni attiva ma’ dik inattiva.

Meqjusin l-aspirazzjonijiet ekonomici ta’ Malta, l-ispiza ghall-estensjoni ta’ sitt gim ghat fil-leave tal-maternità u l-introduzzjoni ta’ gimaghtejn leave bi hlas lill-missirijiet hija wahda ta’ min jidhol ghaliha, jghid x’jghid il-Parlament Ewropew. Dan ghax fis-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjizna dan ghandu jitqies bhala investiment tajjeb.

Affarijiet bhal dawn trid il-kuragg biex taghmilhom. Gvernijiet Laburisti kellhom kuragg bhal dan. Harsa lura lejn id-diversi beneficcji socja li li ddahhlu f’pajjizna minn Gvernijiet Laburisti huma aktar minn prova wahda.


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *