Prof. Edward Scicluna kien mistieden fil-program ta’ Josianne Camilleri, l-editur Newsroom RTK fi 12 ta’ Mejju 2012 ‘Fil-Fond tal-Aħbar’. Is-suġġetti diskussi kienu varji, fosthom in-nomina tiegħu bħala r-rappreżentant tal-Parlament Ewropew fuq il-Kumitat għall-Pariri dwar l-Istatistika Ewropea, fuq l-importanza tal-kwalita’ tal-istatistika lokali u Ewropea, fuq il-kriżi ekonomika u s-sitwazzjoni f’Malta. Matul il-program Prof. Scicluna rrisponda għal diversi mistoqsijiet mis-semmiegħa li għoġobhom iċemplu.
– RTK : Is-Sibt, 12 ta’ Mejju, 2012