L-ewroparlamentari Laburista il-Professur Edward Scicluna nhar it-Tlieta 26 ta’ Ġunju kien il-kelliem ewlieni fl-ewwel sessjoni ta’ konferenza Ewropea li saret f’Pariġi u li kienet organizzata mill-Organizzazzjoni Għall-Koperazzjoni u L-Iżvilupp Ekonomiku, l-OECD. F’din il-konferenza l-esperti għarblu sew ħafna studji li saru tul is-snin dwar indikaturi ġodda li jridu jmorru lil hinn mill-Prodott Gross Domestiku. Din il-konferenza li għaliha attendew tlett mitt espert minn madwar l-Ewropa ġiet indirizzata wkoll mill-Kummissarju dwar it-Tassasjoni Algediras Semetas, il-Kap tal-Eurostat Walter Rademacher u d-deputat Segretarju Ġenerali tal-OECD Yves Leterme.
Il-Gurnalista, Reuben Sciberras tkellem mal-Prof. Scicluna dwar dan, fil-Program L-MEP u Int li xxandar l-Gimgħa 29 ta’ Gunju 2012 fuq-Smash TV.
– Smash TV : Il-Gimgħa 29 ta’ Gunju, 2012.