Il-Gvern qed jirriskja li jerġa’ jdaħħalna fl-Excessive Deficit Procedure [VIDEO]


Edward Scicluna qal li d-dejn tal-pajjiż mhux talli ma niżilx, iżda kkalkulat minn Marzu sa Marzu, fl-ewwel quarter tas-sena tela’ għal 75%. Meta żżid il-garanziji fuq id-dejn, b’kollox jitla’ għal 92%. Fl-istess waqt, id-defiċit fl-ewwel quarter tela’ għal 5.5%

 

Filwaqt li l-Gvern jinsab aljenat bil-problemi interni fil-Partit Nazzjonalista, pajjiżna qed jirriskja li jidħol fil-morsa tal-awsterita’.

 

Dan qalu l-Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Laburista, il-Professur Edward Scicluna f’Konferenza tal-Aħbarijiet.

 

Edward Scicluna qal li d-dejn tal-pajjiż mhux talli ma niżilx, iżda kkalkulat minn Marzu sa Marzu, fl-ewwel quarter tas-sena tela’ għal 75%. Meta żżid il-garanziji fuq id-dejn, b’kollox jitla’ għal 92%. Fl-istess waqt, id-defiċit fl-ewwel quarter tela’ għal 5.5%.

 

“Jekk il-Gvern ma jkunx iffukat u jintroduċi riformi kbar biex inaqqas l-ispiża u jżid id-dħul, pajjiżna qed jirriskja li jaqa’ taħt l-Accessive Deficit Procedure,” saħaq Edward Scicluna.

 

Il-MPE Laburista spjega kif issa dħalna f’ċiklu ġdid fis-semestru tal-UE, iżda l-Gvern mhuwiex jifhem eżatt x’qed tistenna minna l-Kummissjoni Ewropea, għaliex mhuwiex jifhem is-serjeta’ tas-sitwazzjoni.

 

Edward Scicluna qal li eżempju ċar ta’ kemm il-Gvern ma jafx x’qed tistenna minna l-Kummissjoni Ewropea hija l-mod ta’ kif mexxa fil-kwistjoni tal-eta’ tal-irtirar u tat-tibdil fil-mekkaniżmu tal-COLA. Edward Scicluna qal li ma kienx biżżejjed li l-Gvern jivvota kontra fil-Kunsill, iżda kellu jissottometti r-rapporti minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, xi ħaġa li m’għamilx.

Quddiem din is-sitwazzjoni, qal Edward Scicluna, il-Partit Laburista qiegħed joffri t-tama, li l-affarijiet jistgħu jimxu mod ieħor.

 


– Partit Laburista, Uffiċċju tal-Kommunikazzjoni : 16 ta’ Lulju 2012

– – –

        

 

– one news –

 

 


Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *