L-Ewroparlamentari u kandidat għall-5 u t-8 distrett il-Professur Edward Scicluna nhar il-Ħamis 17 ta’ Jannar kien mistieden fuq il-programm ta’ diskussjoni 9:03 fuq ONE ippreżentat minn Miriam Dalli.
Il-Professur Scicluna wieġeb numru ta’ mistoqsijiet li sarulu fuq ir-rapport tal-aġenzija tal-credit rating ‘Standard and Poors’ li naqset il-kreditu ta’ Malta filwaqt li esprima dubji serji dwar il-ftaħir tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi fuq il-ħolqien ta’ 20,000 impjieg u qal li Standard and Poors fir-rapport tagħha mkien ma’ semmiet dawn l-impjiegi. Mistieden ieħor fuq il-programm kien il-membru parlamentari Charles Mangion.
Labour MEP and candidate for the 5th and 8th district Professor Edward Scicluna on Thursday 17th January was invited on the programme 9:03 on ONE presented by Miriam Dalli.
Professor Scicluna answered several question with regards to the report by the credit rating agency Standard and Poors which downgraded Malta’s rating, while he also questioned Prime Minister Lawrence Gonzi claim of having created 20,000 jobs and said that that Standard and Poors did not mention the 20,000 jobs allegedly created. Another guest on the programme was Labour MP Charles Mangion.
– 9:03, ONE : Thursday, 17th January, 2013