Wahda mill-isfidi tal-Gvern il-gdid meta dan gie elett kienet bla dubju t-thejjija ghall-Bagit. Bagit li normalment jiehu xhur twal biex jigi ppreparat, kellu jinhadem fi zmien qasir, biex b’hekk jigi pprezentat ghada t-Tnejn mill-Ministru tal-Finanzi l-Prof Edward Scicluna.
Mistoqsi minn din il-gazzetta dwar din l-isfida li qed jiffacja bhala Ministru tal-Finanzi, il-Prof. Edward Scicluna jiddeskrivi din is-sitwazzjoni bhala wahda bla precedent. Dan ghaliex il-Bagit kien tfassal bl-iskop li jigi approvat f’Novembru li ghadda.
Ghalhekk il-Gvern il-gdid kellu jara kif, minghajr ma jibdel il-qafas tal-Bagit orginali kif wieghed qabel l-elezzjoni l-PL, jirrevedih u jaggornah biex mhux biss jiehu konjizzjoni ta’ dak li ghadda mill-finanzi tal-pajjiz fl-ewwel xhur tas-sena, izda wkoll biex b’mod meqjus jibda jmexxi fid-direzzjoni li jrid jaqbad il-Gvern il-gdid.
Prof. Scicluna jispjega li kien difficli biex il-Gvern jiehu stampa cara ta’ x’kien l-infiq u d-dhul mill-bidu tas-sena, u dan ghaliex ma sabx il-kontinwità mixtieqa u li kellha tiffacilita l-process ta’ bidla fil-Gvern.
Fl-ahhar xhur l-Gvern precedenti ha mizuri li ma kienx hemm provvedimenti ghalihom fil-Bagit
Certi Ministeri fil-fatt kellhom diffikultà biex jirrapportaw fuq is-sitwazzjoni reali fil-ministeri taghhom, ghaliex dokumenti mportanti ma nstabux.
Kien hemm ukoll sitwazzjoni fejn ittiehdu mizuri jew sar ftehim mill-gvern ta’ qabel, bhal zidiet fis-salarji, minghajr ma kien hemm provvediment ghalihom fil-bagit.
Il-Ministru Scicluna jishaq li hemm htiega ta’ stampa aktar cara tal-finanzi tal-Gvern biex dan jaghraf kif ghaz-zmien li gej jibda jwettaq dak li gie mwieghed fil-programm elettorali. “Irridu stampa cara ta’ fejn ahna biex inkunu nafu ahjar kif ser neghlbu l-isfidi li ghandna quddiemna u nilhqu l-miri ahharija taghna.”
Fil-fatt, filwaqt li l-gvern qieghed irressaq il-Bagit ghal din is-sena, jinsab ukoll f’hidma biex jibda jhejji ghall-Bagit tas-sena d-diehla. Dan biex jissodisfa t-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea ghal taghrif dwar dak li hemm mahsub ghall-bagit tal-2014.
Dan il-qafas irid jitressaq sal-ahhar ta’ dan ix-xahar u ghal dan il-ghan il-gimgha d-diehla ser jaslu Malta ufficjali tal-KE biex jiltaqghu ma’ ufficjali tal-Gvern.
Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li minkejja l-problemi u l-isfidi li qieghed jiffaccja, il-Gvern il-gdid huwa kommess li jibqa’ miexi mar-roadmap tal-programm elettorali u jzomm il-weghdiet li saru mal-elettorat fiz-zmien stipulat.
Il-Bagit ghas-sena 2013, meta tressaq ghall-vot fl-10 ta’ Dicembru li ghadda minn Gvern Nazzjonalista, ma kienx ghadda mill-Parlament u minhabba f’hekk kien waqa’ l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi. Issa il-Bagit ghal din is-sena ser jigi propost mill-gdid mill-Gvern Labur-ista, b’tibdila wahda principali, li dawk li qeghdin bil-paga minima ma jigux intaxxati.
Il-Bagit fi tlett ijiem
Il-Bagit li se jkun ipprezentat ghada t-Tnejn se jkun mifrux fuq tlett ijiem, minflok fuq tliet gimghat bhal ma jsir is-soltu.
L-Oppozizzjoni qalet li se tivvota favur il-Bagit jekk dan ma jvarjax hafna minn dak li pprezenta Gvern Nazzjonalista f’Novembru li ghadda.
Il-Bagit se jkun ipprezentat nhar it-Tnejn mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, izda minflok ma jaqra t-test tal-Bagit bhal ma jsir is-soltu, il-Ministru se jkun qed jitkellem fuq il-politika li se jkun qieghed ihaddem il-Gvern il-gdid.
Ezatt wara d-diskors tal-Ministru tal-Finanzi, il-Kap tal-Oppozizzjoni Lawrence Gonzi mistenni jaghti r-reazzjoni tieghu. Is-soltu r-reazzjoni tal-Oppozizzjoni tin-ghata gimgha wara li jkun inqara l-Bagit.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jitkellem wara l-Kap tal-Oppozizzjoni, imb-aghad mistenni jittiehed l-ewwel vot.
Il-Ministeri se jikkunsidraw il-partijiet tal-Bagit rilevanti ghalihom matul il-granet tat-Tlieta u l-Erbgha, filwaqt li l-vot finali mistenni jittiehed l-Erbgha filghaxija.
Il-Gvern il-gdid se jkun qed izomm l-istess bagit ipprezentat f’Novembru li ghadda, u dan biex ma johloqx instabbilità lin-negozji u l-famiji.
– Kullhadd : Tuesday, 9th April, 2013