“Niftakarni nsaqsi lil ommi dwar it-tifsira tal-flus”


Din il-gimgha l-Ministru tal-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna pprezenta fil-Parlament il-Bagit ghal din is-sena. Fi tlett ijiem dan il-bagit kien approvat, u f’dik li hija sitwazzjoni ghal kollox rari, il-Bagit gie approvat ukoll mill-Oppozizzjoni.

RITIANNE AGIUS iltaqghet ma’ Prof. EDWARD SCICLUNA fl-ufficcju tieghu fil-Belt. Minbarra li rrakkonta memorji minn tfulitu u sitwazzjonijiet umoristici li sab ruhu fihom, il-Ministru tkellem ukoll dwar l-esperjenza novella tieghu fil-Parlament Malti, l-isfidi li qed jiffaccja u l-prijoritajiet li qed jahdem fuqhom

 

sciclunabagit

 

Fixkluh ma’ kandidat iehor

Mistoqsi jekk hux minn dejjem kien migbud lejn il-qasam finanzjarju, il-Ministru Scicluna jghid li meta kien ghadu l-Liceo, kien jghin liz-ziju tieghu li kien sid ta’ hanut. Dan kien itih xi haga tal-flus fil-gimgha, u ommu kienet taghtih parir biex ifaddalha. “Minn dejjem kien hemm dak l-element f’hajti; li trid iggemma’ biex ‘il quddiem tixtri xi haga.”

Jghid ukoll li jiftakar car meta darba staqsa lil ommu dwar it-tifsira tal-flus; ghalfejn bicca karta ghandha valur marbut maghha. Ommu ma kienetx studjat l-ekonomija, izda kienet tisma’ illi ghal kull lira fl-idejn hemm lira tad-deheb midfuna taht il-Bank Centrali, u allura taghtu dik l-ispjegazzjoni.

Mistoqsi jekk kienx tifel wahdu, Scicluna jwiegeb li huwa l-kbir fost tmint ahwa, u li mill-aspett tad-decizjonijiet u r-responsabbilità kiber malajr. “Dejjem trid tkun ta’ ezempju ghal hutek – din ukoll ikollha effett fuqek”, jishaq il-Ministru.

Dwar il-bidu tieghu fil-politika, l-Ministru jghid li mhux facli li taddatta ruhek ghall-hajja tal-politika, u li hija differenti ghal min jitwieled fiha. “Missieri kien fis-servizz tal-Pulizija, Air Force u Navy, u kienet x’kienet l-opinjoni kien izommna ‘l boghod minn kazini u politika. Allura meta gejt biex nidhol ghal politika kelli nadatta ruhi”, jispjega Prof. Scicluna.

Isostni li l-isbah haga fil-politika hija li tiltaqa’ man-nies. Jiftakar f’mument umoristiku meta kien ghadu kif gie elett ghall-Parlament Ewropew. “Mort it-tieg tal-habib tieghi Kirill Micallef Stafrace. Hemmhekk giet wahda mara tghannaqni, filwaqt li qaltli proset u ferhitli. Qaltli ezatt dan il-kliem: ‘Tajtek in-number one, u tant kemm hu veru, lil Edward Scicluna tajtu n-number two!’ U jien wegibtha: ‘Sewwa ghamilt!’ Dik ma ninsiha qatt”, jghid il-Ministru bid-dahka.

 

14032013 - JosephMuscat MartinSchulz

L-attendenza fil-Parlament Malti hasditu

Mistoqsi dwar id-differenzi li jara bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament Malti, il-Ministru jghid li ltaqghu b’mod informali l-Membri Parlamentari l-godda, sew min-naha tal-Gvern u anki tal-Oppozizzjoni. Jghid li hawnhekk skoprew li kienet sorpriza ghalihom kollha li fil-Parlament kien hemm daqshekk ftit li jattendu. “Kien hemm il-Bagit, u peress li ahna godda konna xi ftit ixxukjati, ghax ovvjament jekk ghandek xi haga mportanti tistenna li kulhadd se jkun prezenti.”

Jistqarr li anki fil-Parlament Ewropew kultant kien ikun hemm xi hadd nieqes, izda b’mod generali hemmhekk l-uzanza hija li ghal dibattittu jkun hemm kulhadd, hlief f’xi eccezzjoni. “Hawnhekk hija l-uzanza li titkellem, taghmel siegha, imbaghad ma tibqax fil-Parlament. Din ma taghtix impressjoni tajba ghal min hu gdid.”

Jemmen li jekk ikun hemm iktar partecipazzjoni, kif fil-fatt il-Gvern qed jippjana li jkollu, tkun haga sabiha. “Ghandek tidhol b’mod regolari ghax in-nies jistennewk. Forsi jekk naghmlu l-Parlament fuq programm televiziv insolvu din il-problema. Nahseb li l-Parlament jisthoqqlu r-rispett, u r-rispett jitlob li tisma’ bhal ma titkellem. Mhux sew li titkellem u tohrog, imma tisma’ lil haddiehor bhal ma tixtieq li haddiehor jisimghek”, isostni l-Ministru.

 

Sena ta’ rekords wara xulxin

Mistoqsi dwar iz-zmien qasir li fih kellu jahdem fuq zewg bagits separati, l-Ministru Scicluna jghid li din kienet sena ta’ rekords. Kellna rekord ta’ Ministru li jipprezenta zewg bagits fl-istess sena, u rekord li taht is-sistema Maltija u Ingliza jkollok Oppozizzjoni li tivvota favur il-bagit, anki jekk naturalment dan sar minhabba li kienet digà ressqitu hija stess.

Hija rekord ukoll dik ta’ bagit li jghaddi fi zmien daqshekk qasir; tlett ijiem minflok tliet gimghat, u mhux biss inqara izda ghaddew ukoll il-voti kollha.

“Ghalija dan kien ifisser li mid-9:00 ta’ filghodu sad-9:30 ta’ bil-lejl bilkemm waqaft. Darba minnhom l-intervall kien biss ta’ kwarta. Kelli noqghod hemm nisma’ d-diskorsi kollha ghaliex bhala Ministru tal-Finanzi trid tisma’ l-kritika kollha, favorevoli jew m’hijiex, biex inti tiehu nota taghha.”

Ghall-mistqosija dwar kif qieghed jirnexxielu jlahhaq ma’ dan ix-xoghol kollu, l-Ministru jammetti li din hija mistoqsija li jsaqsuha hafna, u li r-risposta hija li fil-fatt ma tlahhaqx. “Tahseb li qieghed tlahhaq, imma fil-verità ma tkunx. Titlaq l-affarijiet tieghek personali u jrid ikollok koperazzjoni kbira minn tad-dar. Imma fl-istess hin taf li quccata ikbar minn hekk mhux se jkollok.”

Jghid li minbarra l-problemi li nqalghu minn barra, specjalment b’rabta ma’ Cipru, kien qed jissorvelja r-revizjonijiet tal-estimi tal-Bagit ta’ din is-sena. Jispjega li fuq dan il-punt l-Oppozizzjoni qieghda tipprova thawwad l-imhuh. Il-Gvern ma rreveda xejn minn dak li dahal u hareg is-sena l-ohra. Fil-fatt, l-istess nies li hadmu taht il-Gvern Nazzjonalista huma l-istess nies li ppreparawlu r-rizultat ta’ dak li gara s-sena l-ohra.

“Kellhom jirrevedu l-ftehim li jiswa l-miljuni u li sar qabel l-elezzjoni, flimkien mal-progettazzjonijiet ottimisti z-zejjed li saru, u meta taghsar kollox din lilna giet tiswina ›68 miljun izjed. Din hija inevitabbli ghax il-haddiema trid thallashom u allura kellna nzidu mal-ispiza. Minkejja li din l-ispiza gholliet id-deficit, ahna qed inbassru li nnizlu d-deficit taht 3% ghal 2.7% sal-ahhar tas-sena.”

 

Mhux se jhalli lill-KE tghajjatlu

Il-Ministru jispjega li l-ikbar problema li nholqot b’rabta ma l-ispiza zejda ta’ ›68 miljun hija l-Kummissjoni Ewropea, ghaliex, billi l-Gvern precedenti spicca s-sena tieghu ‘il fuq minn 3%, dan ifisser li l-KE se tghajjtilna. “Izda jien il-KE mhux se nhalliha tghajjatli, se naqbad u mmur niltaqa’ maghha jiena mill-ewwel.”

Jghid li dan il-fatt huwa mportanti, u li meta bhalu tkun barra u tara s-sistema kif tahdem, titghallem. “Int m’ghandekx toqghod tistenna li jigu jakkuzawk, izda ghandek tmur inti.” Jghid li ghal tmiem din il-gimgha se jitla’ ghal Euro Group u l-ECOFIN, però l-gimgha ta’ wara hemm il-laqgha tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF).

Jispjega li l-IMF gej Malta f’Mejju, izda li huwa ghazel li jitla’ jiltaqa’ maghhom hemm qabel ma jigu Malta. “Niltaqa’ ma’ agenziji finanzjari bhal Standard and Poor’s u Moody’s u mmur preparat. Allura l-fatt li jarawk hemm mal-bankiera l-ohra, il-livell tieghek joghla u jaghtu kasek izjed”, jishaq Prof. Scicluna.

Jghid li jekk jilhqu jigi hawn, qishom biex jattakkawk qabel ma tkun tlajt int, u iktar u iktar bil-pozizzjoni ta’ Malta bhala gzira fil-Mediterran simili ghal Cipru, allura l-perspettiva taghhom tinbidel.

“L-ahjar li tmur hemm u titkellem maghhom u tiddefendi ruhek kemm tista’. Qieghed nittama li ma jkollniex sanzjonijiet fuqna. Madankollu ma jiddependix minna, ghax din is-sitwazzjoni mhux ahna gibniha.”

Isostni, madankollu, l-importanza li wiehed jibqa’ pozittiv; u hawnhekk il-Prim Ministru huwa ispirazzjoni. “Irridu nirrikonoxxu l-fatt li din iz-zelqa fiskali sehhet, issa qomna u rridu nkomplu nimxu ‘l quddiem. Il-familji u n-negozji iriduna nharsu ‘l quddiem, mhux noqghodu ngergru fuq x’sibna. Naghmlu kuragg, naghrfu li ghandna l-energija, u nkomplu nahdmu.”

 

Serjetà bi flus il-poplu

Dwar il-prijoritajiet li ghandu fid-dekasteru tieghu lil hinn mill-Bagit, il-Prof. Scicluna jghid li l-ewwel prijorità hija li ma jhallix lil pajjizna jersaq bil-mod il-mod lejn il-falliment. Jispjega li kull darba li joghla d-dejn, inkunu qieghdin nersqu lejn krizi ekonomika, u allura z-zieda tad-dejn trid titwaqqaf. Din hija d-dinamika tad-dejn; bhal magna l-ewwel trid tnaqqsilha mill-heffa, imbaghad twaqqafha u finalment tmexxiha lura.

It-tieni prijorità hija l-incentivazzjoni tax-xoghol. “Ix-xoghol ma joholqux direttament il-Gvern; izda l-Gvern irid isib il-mezzi biex jinkoraggixxi l-holqien tax-xoghol mill-privat.” It-tielet prijorità, imabaghad, hija l-infrastruttura, bl-energija fuq quddiem nett. Din qieghda miexja fuq il-pjan li ghall-bidu l-PN iddiehak bih, izda llum qeghdin narw li ghandna kumpanniji serji li huma nteressati f’dan il-progett. Barra minn hekk qeghdin invaraw progetti godda, li uhud minnhom digà ssemmew mill-Prim Ministru.

“F’dan kollu x-xoghol tieghu huwa li nhares il-flus tal-poplu; nibza’ ghalihom u nara li jintefqu sew.” Jghid li Ministru ghandu jittratta flus il-poplu bl-istess attenzjoni daqs li kieku qalghahom hu u jrid jonfoqhom ghall-gid tieghu, b’attenzjoni ghal kull ewro, u mhux ghax huma flus il-poplu jaqbad u jonfoq bl-addocc.

“Digà naf li mhux se nkun l-iktar wiehed favorit fost il-Ministri shabi fil-Kabinett!”, jghid il-Ministru b’nofs cajta. Dan minhabba l-fatt li iktar jghid le milli iva, imma jsostni li dan huwa fl-interess tal-pajjiz. “Bilfors trid tonfoq biex tahdem, izda trid taghraf fejn huma l-prijoritajiet.”

Jistqarr li jwegga’ meta jigu ghandu Ministri li jkollhom problemi socjali jew ta’ sahha li jkunu urgenti, u li ghalhekk jara kif jista’ jaghmel biex jalloka l-fondi ghalihom.

“Ghalhekk ghandu jkollok tim wiesgha u tajjeb li janalizza l-prijoritajiet biex tara ezatt min ghandu bzonn iktar flus u min ghandu xi ftit zejda. Prattikament dan huwa dak li jinvolvi xogholi – serjetà bi flus il-poplu”, itemm jghid li il-Ministru Edward Scicluna.

 

 

kullhadd

– kullhadd : Is-Sibt, 13 t’April 2013

, ,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *