Għajnuna mill-Gvern biex isalva s-Swali taċ-Ċinema


Aktar kmieni din il-Gimgħa tvarat skema li biha ser ngħinu l-iswali taċ-ċinema jaqilbu għal sistema diġitali. Din l-iskema tħabret fid-diskors tal-baġit u bis-saħħa tagħha is-swali taċ-ċinema lokali ser ikunu jistgħu jaddottaw t-teknoloġija diġitali fil-wiri tal-films. Għal dan il-għan, l-Gvern, investa nofs miljun ewro fuq sentejn.

F’Malta l-films fiċ-ċinema għadhom qed jintwerew fuq it-tertuqa minkejja li s-swali taċ-ċinema madwar id-dinja jaħdmu fuq sistema diġitali. Is-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li t-transizzjoni għal waħda diġitali mhijiex alternattiva imma bżonn għas-swali taċ-ċinema jekk iridu jibqgħu jgħixu. Għalhekk, tenna s-Segertarju Parlamentari responsabli mill-Kultura, b’dan il-pass l-Gvern qed isalva l-industrija taċ-ċinema f’pajjiżna.

 

PR2666

L-għajnuna tal-Gvern qed tingħata skont regoli tal-Unjoni Ewropea.
L-ispiża kapitali għal kull screen biex juri films diġitali hija ta’ madwar ħamsin elf ewro. Il-Gvern, qal Herrera, għax jemmen fl-industrija qed jagħti għotjiet differenti biex il-films ikunu jistgħu jintwerew b’mod diġitali.

Min-naħa tiegħu l-benefiċjarja, qal Herrera, qed jintrabat li jagħti lill-iskejjel mal-elf biljett fis-sena b’xejn. Tlett mija u ħamsin biljett l-benefiċjarju qed jintrabat li jagħtihom lill-istituzzjonijiet li jaħdmu ma’ gruppi vulnerabli filwaqt li jżomm prezzijiet stabli fuq id-dħul. Hawn il-Gvern u l-benefiċjarju intrabtu bi prezzijiet fissi għal persuni differenti fosthom studenti, anzjani u gruppi mibgħuta mill-Kunsilli Lokali. Qed jintrabtu ukoll, qal Herreral li jagħtu 50 ewro kull film bħala kontribuzzjoni li tmur fil-Creative Trust Fund ħalli imbagħad tiġi investita lura fl-industrija kreativa.

 

 

“Bdil fil-format ta’ kif jintwera l-films ifisser aktar possibilitajiet għas-suq lokali f’dak li huwa roħs fil-prezz tal-produzzjoni tal-film”, qal Herrera. Għalhekk il-Gvern qed jagħzel li jgħin lil din l-industrija, tenna s-Segretarju Parlamentari.

Fil-Konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Finanzi Prof. Edward Scicluna tkellem dwar l-allokazzjoni tal-Baġit 2014 għall-qasam tal-kultura, wirt, u l-industrja kreattiva, u kif din żdiedet b’ €4 miljuni aktar mill-baġit ta’ qabel.
“Filwaqt li l-prijoritajiet tal-Gvern għall-Baġit 2014 kienu primarjament orjentati lejn il-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku, l-oqsma tal-kultura, l-wirt, l-arti, l-midja, u d-divertiment u l-industrja kreattiva kienu meqjusa bħala istrumenti importanti sabiex il-familji jkollhom kwalità tal-ħajja aħjar. Fil-fatt, l-allokazzjoni fil-Baġit għal dan il-qasam żdiedet b’ €4 miljuni, jew 14 fil-mijja, kkumparata ma’ dik fil-Baġit tas-sena ta’ qabel.”

L-allokazzjoni hi mmirata sabiex il-Gvern jassisti fid-digitisation taċ-Ċinema f’Malta, u b’hekk jinkiser iċ-ċirkolu vizzjuż ta’ swieq li qed isofru minħabba nuqqas ta’ investiment f’teknoloġiji ġodda, li jwasslu wkoll għal tnaqqis fl-attendenza. Bħal ma għamlu pajjiżi oħra, l-intervent tal-Gvern hu approprjat u f’waqtu, u nittamaw li jkun effettiv f’dan ir-rigward.
PR2666 2

Min-naħa tagħha, l-industrija tad-divertiment qed tagħraf ir-responsabbiltajiet soċjali tagħha, u se tkun qed tikkontribwixxi permess ta’ aċċess aktar liberu għat-tfal tal-iskola u persuni żvantaġġjati fis-soċjetà.”

F’Malta bħalissa hawn ħames teatri taċ-ċinema b’ħamsa u tletin screen differenti. 16% ta’ dawk l-iscreens biss qalbu fuq sistema diġitali.

 

govmt_logo     maltatoday_logo     orizzont_featured

– Sunday, 1st December, 2013

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *