Kritika mhux kredibbli mill-oppożizzjoni


Il-Ministeru għall-Finanzi jinnota b’sorpriża d-dikjarazzjoni li għamel id-deputat tal-Oppożizzjoni Tonio Fenech dwar żieda fl-impiegi tas-settur pubbliku u l-effett tagħha fuq id-deficit. It-tentattiv ta’ Tonio Fenech li jitfa, fuq l-amministrazzjoni preżenti, r-responsabbilita taż-żieda fil-ħruġ tal-Gvern fuq salarji m’huwiex kredibbli.

Ir-realtà hija li kien l-istess Tonio Fenech, bħala Ministru għall-Finanzi, li ffirma tant ftehimiet kollettivi lejliet elezzjoni ġenerali. Ir-realta hija li kien l-istess Tonio Fenech, bħala Ministru għall-Finanzi, li awtoriżża l-impjieg ta’ 710 persuni fis-settur pubbliku fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali, inkluż fl-eqqel tal-kampanja elettorali. B’salarju medju ta’ 16,000 ewro, din l-awtoriżżazjoni tfisser żieda ta’ 11-il miljun ewro fin-nefqa kull sena.

 

Black and white numbers background

 

L-istatistika turi li fl-aħħar kwart tal-2012, is-salarji żdiedu bi 18-il miljun ewro meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel. U fl-ewwel kwart tal-2013, is-salarji żdiedu bi 16-il miljun ewro meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Dan ifisser li, fl-aħħar sitt xhur ta’ Tonio Fenech bħala Ministru tal-Finanzi, n-nefqa fis-salarji żdiedet bi 33.5 miljun ewro fuq is-sena ta’ qabel. Ekwivalenti għal żieda ta’ 8%.

Il-Ministeru għall-Finanzi jfakkar kif, fiż-żewġ kwarti ta’ wara l-elezzjoni ġenerali, r-rata ta’ tkabbir reali kienet id-doppju ta’ dik li kienet fl-istess perjodu tal-2012 filwaqt li beda jirpilja l-konsum privat. Dan il-Gvern se jkompli jimxi fid-direzzjoni ta’ ċertezza biex jaqta’ l-ħela u l-burokrazija żejda u jinċentiva l-għaqal u l-bżulija.

 

govmt_logo

– Wednesday, 15th January, 2014

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *