Fondi Ewropej għall-Għawdex mitlufin minħabba Rapport Superfiċjali


Fondi Ewropej immirati speċifikament lejn Għawdex għal dawn is-seba snin li ġejjin intilfu minħabba kif l-amministrazzjoni preċedenti ma kinitx kapaċi tikkonvinċi lill-Kummissjoni Ewropeja. Dan ġara għaliex il-Gvern kien ippreżenta rapport superfiċjali dwar Għawdex.

Il-Ministru Għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna kien qed jitkellem f’okkażjoni meta hu u l-Ministru għall-Għawdex Anton Refalo flimkien inawguraw ktieb bl-istatistika u figuri dwar Għawdex, imħejji mill-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali (NSO).

 

[nggallery id=194]

Il-Prof. Scicluna innota li minkejja l-attakki tal-Oppożizzjoni rigward in-nuqqas ta’ investiment fil-gżira Għawdxija meta kienu fil-Gvern, tilfu ċ-ċans fl-2006, illi Għawdex jingħata status speċjali bħal kif għandhom bosta gżejjer madwar l-Ewropa abbażi ta’ rapport soċjo-ekonomiku fuq Għawdex. Minkejja l-wegħda ta’ Simon Busuttil bħala direttur tal-MIC (Malta-EU Information Centre), li ser isir rapport biex jingħata dan l-istatus, ir-rapport baqa’ ma sarx.

Il-Prof. Scicluna nnota li bi preparazzjoni t-tieni ċiklu ta’ fondi Ewropej 2014-2020, il-Gvern kellu l-opportunita` sabiex din id-darba jikkonvinċi lill-Kummissjoni li Għawdex permezz ta’ rapport dwar il-bżonnijiet u l-problemi tiegħu.

“Filwaqt li dan ir-rapport ġie ppreparat minn uffiċjali għolja tal-istatistika, ma saret l-ebda evalwazzjoni soċjo-ekonomika profonda dwar il-problemi specifiċi ta’ Għawdex, u l-bżonnijiet tal-gżira. Dan ir-rapport ma daħalx fil-kwistjoni tal-problemi veri ta’ Għawdex,” qal il-Prof. Scicluna.
Il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo sostna “Kif setgħet l-Kummissjoni, abbażi ta’ rapport superfiċjali, tgħaraf il-problemi u l-isfidi ta’ Għawdex, u tpoġġi il-gżira ta’ Għawdex fi status speċjali, filwaqt li talloka fondi addizzjonali għall-investiment fil-gżira?”

Huwa qal ukoll li l-Gvern ġdid hu kommess sabiex jiżgura ruħu li dawn ir-rapporti li jingħataw lill-Kummissjoni Ewropea għandhom l-ewwelnett isiru b’mod professjonali u jiġu diskussi mal-istake holders u mhux jinħbew, kif filfatt sar sabiex Għawdex tikkwalifika għall-assistenza u l-fondi Ewropej li hemm disponibbli.

Il-Ministru Scicluna u l-Ministru Refalo żiedu jgħidu li l-Gvern diġa` beda jaħdem sabiex jiġbor l-informazzjoni neċessarja dwar Għawdex sabiex il-Gvern ikun jista’ jiżviluppa pjan ta’ azzjoni għal Għawdex, u li dalwaqt se jkun qed jiġi inawgurat ufficcju tal-Istitistka f’Għawdex, iffokat fuq il-ġbir u l-analiżi ta’ statistika li titratta dwar Għawdex.

 

govmt_logo

– Thursday, 22nd May, 2014

,

One response to “Fondi Ewropej għall-Għawdex mitlufin minħabba Rapport Superfiċjali”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *