Il-Figuri tal-Finanzi tal-Gvern jirriflettu l-Pjan Imfassal fil-Baġit 2014


Il-Ministeru għall-Finanzi bi pjaċir jinnota l-figuri tal-finanzi tal-Gvern li ġew ippubblikati mill-aġenzija tal-istatistika nazzjonali għall- perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena.

Dawn juru li n-nefqa tal-Gvern qiegħda tiżdied kif kien pjanat fil-baġit għal din is-sena, u għalhekk il-miri tal-Gvern qegħdin jintlaħqu. Fil-fatt in-nefqa minn Jannar sa Mejju 2014 hija biss €4.5 miljun iktar minn dak li kien previst.
Dan ifisser li meta ikkumparat mal-istess perjodu tas-sena l-oħra, ż-żieda fin-nefqa fuq il-mediċini, l-edukazzjoni kif ukoll pagi u spejjeż aministrattivi kienet pjanata, kif wieħed jista’ jara mill-allokazzjonijiet tal-baġit.

 

 

statistics

 

Il-programm tal-Gvern indirizza żidiet fl-interventi u operazzjonijiet biex jindirizza il-waiting list eseġerat f’ċerti sezzjonijiet tal-isptarijiet. Dan iġib miegħu żieda fl-ispiża li pero’ din kienet waħda pjanata.

L-investiment li qiegħed isir fil-qasam edukattiv sabiex innaqsu l-illitteriżmu, inżidu il-persentaġġ ta’ studenti li jibqgħu jistudjaw, iż-żieda fl-ischolarships biex aktar studenti jsegwu l-istudji universitarji u post-universitarji, u l-għajnuna li tingħata lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali, tfisser ukoll investiment aktar f’dan il-qasam.

 

 

Fejn jidħol pagi, iż-żieda hija konformi ma’ dak li kien prevvist minħabba żidiet lill-impjegati skont il-ftehim kollettiv.

Tajjeb li ninnutaw li d-dħul mit-taxxi diretti, li jinkludu t-taxxi fuq id-dħul u national insurance , ikompli jirrifletti ż żieda ta’ 3,321 persuni li daħħlu fid-dinja tax-xogħol fl-ewwel  kwart ta sena 2014.

Iż-żieda fid-dħul  mit-taxxi indiretti tikkonferma li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed iħalli aktar flus fil-but li qed tiġi riflessa f’żieda fil-kummerċ.

 

onewnews  maltaindependent_logo  govmt_logo

– Saturday, 28th June, 2014

 

,

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *