STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Huwa ta’ pjaċir għall-Gvern li jara lill-Eurostat tidentifika lil Malta bħala l-ekonomija bl-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropeja kollha, hekk kif din żdiedet b’1.3 fil-mija fit-tieni kwart ta’ din is-sena fuq il-kwart ta’ qabel.
Riżultat bħal dan ikompli jikkonferma s-suċċess ta’ dan il-Gvern f’diversi oqsma tal-ekonomija, fosthom il-ħolqien tax-xogħol, l-investiment, u l-kummerċ.
Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li rnexxielna nwasslu lil Malta fil-quċċata tal-klassifika f’dak li hu tkabbir ekonomiku u fl-impjiegi.
Dan juri li l-inizjattivi konkreti tal-Baġit li twettqu din is-sena qed jilħqu l-miri tagħhom, u qed jirnexxielhom jerġgħu jqajmu l-attività ekonomika ta’ pajjiżna u jħallu aktar flus fil-bwiet tan-nies.
Il-Gvern hu determinat li jkompli jsaħħaħ dan is-suċċess permezz ta’ inizjattivi li qed jiġu mfassla għall-Baġit 2015.
Friday, 05 September 2014