-
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma
Ftit tal-jiem ilu l-Gvern Malti talab l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea biex tidħol taqsam magħna l-piż fuq pajjiżna li se jkun ifisser l-influss ta’ immigranti rregolari li jkunu qegħdin jitilqu mil-Libja kawża tas-sitwazzjoni li jinsab fiha dak il-pajjiż. Dak li qed jitlob issa l-Gvern Malti, id-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew flimkien mal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) li minnu…
-
Solidarjetà mal-Greċja
Fil-Kalendarju u skeda ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew (PE), il-ġimgħa li għaddiet kienet skedata bħala waħda li matulha jsiru diskussjonijiet fi ħdan il-Gruppi Politiċi rappreżentati fil-PE, fil-każ tagħna s-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D). Din id-darba flok ma ltqajna fi Brussels iltqajna f’Ateni, il-Greċja. F’Ateni b’żewġ għanijiet, b’turija ta’ solidarjetà mal-Gvern Soċjalista Grieg f’dak li għaddej minnu bit-tmexxija…
-
Benefiċċju garantit
Nhar l-Erbgħa li għadda l-Parlament Ewropew approva b’maġġoranza kbira rapport li tressaq mill-Kumitat tal-Kostituzzjoni (AFCO) wara li l-Kumitat tagħna (ECON) konna approvajna u għaddejnielu opinjoni li tagħha kont ‘co-rapporteur’. Ir-rapport jittratta dwar tibdil fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea (UE). Tibdil li wara li ġie maqbul mill-Kunsill, l-għada, bih se jkun jista’ jitwaqqaf mekkaniżmu ta’ stabbiltà permanenti li…
-
Daqqiet tal-frosta
Żiemel li jkun qed jogħtor, li jkun kważi mejjet, inutli li tagħtih bil-frosta. Dan japplika għal kollox u għal kulħadd. Japplika għal individwu u japplika għal pajjiż sħiħ. U għax huwa hekk li neħodha bi kbira, li jiġi l-Kunsill tal-Ministri jipproponi miżuri ħorox immens għal dawk il-pajjiżi mgħobbijin bi djun kbar ħafna drabi li jkunu…
-
Deċiżjonijiet diffiċli dwar il-Libja
Immaginaw lil xi ħadd li jkollu argument fil-familja u jisma’ l-qanpiena tal-bieb tad-dar iċċempel. Ikun il-Pulizija li sema’ xi ilħna għoljin u issa jrid ikun jaf x’ġara, biex jindaħal u jżomm ma’ xi naħa jew oħra. Narawha barra minn lokha. Daqshekk ieħor pajjiż barrani m’għandu l-ebda awtorità li jindaħal fil-kwistjonijiet interni ta’ xi pajjiż ieħor.…
-
Laqgħa ta’ Diskussjoni – EJJA U STAQSI – Il-Gimgha, 4 ta’ Marzu – Centru Laburista, Fgura
Nhar il-Gimgha, 4 ta’ Marzu, 2011, Prof. Edward Scicluna kompla bis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici bit-tema EJJA U STAQSI bilghan li jzomm lill-kostitwenti aggornati dwar hidmietu fil-Parlament Ewropew. Din kienet is-seba’ “Diskussjoni Pubblika” u saret fic-Centru Laburista tal-Fgura. Il-laqghat isiru kull xahar fuq bazi distrettwali. Wara indirizz qasir minn Prof. Scicluna l-udjenza tkun mistiedna taghmel il-mistoqsijiet taghha. Saru mistoqsijiet dwar it-twaqqif…
-
Hemm għalfejn jinxtered id-demm?
Ir-rivoluzzjonijiet li seħħew l-ewwel fit-Tuneżija mbagħad fl-Eġittu, wasslu għal dak li ried il-poplu, it-tneħħija tat-tmexxija awtoritarja tal-pajjiż. Kien hemm l-imwiet. Inxtered id-demm. Sadanittant qed iseħħu irvellijiet b’konsegwenzi aktar koroh, b’iktar tixrid ta’ demm u mwiet fil-Libja. Kien hemm protesti f’ħafna pajjiżi oħrajn, għalkemm mhux kollha mdemmin. Il-mistoqsija li tigi f’moħħok mill-ewwel hi: jista’ jkun hemm…
-
Wara d-daħk jiġi l-biki
Meta ħuti u jien konna żgħar u xi drabi konna nkunu b’burdata ta’ żufjett u ta’ daħk liema bħalu, niftakar sew li ommi kienet tidħol fil-kamra u b’wiċċ kemmxejn serju tavżana li aħjar nieqfu għax kienu jgħidu li “wara d-daħk jiġi l-biki”. Ma niftakarx sew jekk konniex nisimgħu minnha u nieqfu mix-xalata li konna nkunu…
-
Missjoni ta’ osservanza mill-UE
Nhar il-Ġimgħa li ġejja fl-Uganda jkunu qegħdin isiru l-elezzjonijiet Presidenzjali, Parlamentari u Lokali. Elezzjonijiet importanti ħafna, sew għal pajjiżhom u sew għar-reġjuni Afrikan ta’ madwarhom. L-Unjoni Ewropea se tibgħat Missjoni biex tosserva l-andament tal-elezzjonijiet f’kull stadju tagħhom – qabel, waqt u wara. Missjoni ffurmata minn 110 uffiċjal u li l-Kummissarju għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, Catherine…