-
L-era ġdida Libjana u Malta
Għajnejn id-dinja, b’mod partikolari l-Ewropa u d-Dinja Għarbija, jinsabu ffukati fuq il-Libja, mhux biss biex jaraw tmiem il-gwerra ċivili imma wkoll għal wara. Kull pajjiż li b’xi mod kellu negozju mal-Libja qabel il-gwerra ċivili, kif ukoll dawk li kienu involuti b’mod dirett f’din il-gwerra, jinsab għaddej b’ħidma kbira biex mhux biss iżomm li kellu, imma…
-
L-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa tal-Lvant: hemm xi xebħ?
Tmiem is-snin tmenin ġab miegħu l-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin u ftit wara l-waqgħa tal-Komuniżmu. Il-popli fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant taħt ġwienaħ l-Unjoni Sovjetika tajru s-sistema Komunista kemm f’dik li hi tmexxija politika kif ukoll ekonomika. Iddiżintegrat ukoll l-Unjoni Sovjetika nnifisha. L-ewwel xhur ta’ din is-sena kienu kkaratterizzati minn avvenimenti simili fil-kontinent Nord Afrikan, b’rivoluzzjonijiet li bdew…
-
Deċiżjonijiet diffiċli dwar il-Libja
Immaginaw lil xi ħadd li jkollu argument fil-familja u jisma’ l-qanpiena tal-bieb tad-dar iċċempel. Ikun il-Pulizija li sema’ xi ilħna għoljin u issa jrid ikun jaf x’ġara, biex jindaħal u jżomm ma’ xi naħa jew oħra. Narawha barra minn lokha. Daqshekk ieħor pajjiż barrani m’għandu l-ebda awtorità li jindaħal fil-kwistjonijiet interni ta’ xi pajjiż ieħor.…
-
Hemm għalfejn jinxtered id-demm?
Ir-rivoluzzjonijiet li seħħew l-ewwel fit-Tuneżija mbagħad fl-Eġittu, wasslu għal dak li ried il-poplu, it-tneħħija tat-tmexxija awtoritarja tal-pajjiż. Kien hemm l-imwiet. Inxtered id-demm. Sadanittant qed iseħħu irvellijiet b’konsegwenzi aktar koroh, b’iktar tixrid ta’ demm u mwiet fil-Libja. Kien hemm protesti f’ħafna pajjiżi oħrajn, għalkemm mhux kollha mdemmin. Il-mistoqsija li tigi f’moħħok mill-ewwel hi: jista’ jkun hemm…
-
It-Tuneżija: Falliment ta’ mudell demokratiku
Sakemm qiegħed nikteb dan l-artiklu s-sitwazzjoni fit-Tuneżija għadha mqallba sew. Wara l-irvellijiet vjolenti, ir-reazzjoni mill-forzi tal-ordni, l-imwiet fit-toroq, il-ħarba tal-President Ben Ali, u r-reazzjoni negattiva mill-poplu għall-parti mis-“soluzzjoni temporanja”, mhux lakemm jiġi kollox lura għan-normal f’tebqa t’għajn. Tant hu hekk, li s-sitwazzjoni tista’ anke tiggrava daqskemm tista’ titjieb. It-Tuneżija kienet meqjusa bħala l-aktar pajjiż Għarbi…