Category: Financial Crisis

  • Maltempata fi Brussell

    Maltempata fi Brussell

    Bħal ma ġralu t-temp hawnhekk f’pajjiżna, l-istess ġralu, fl-istess ġranet, il-Parlament Ewropew fi Brussell. Wara s-sħana tas-sajf, il-front kiesaħ li rnexxilu jidħol fil-Mediterran wassal għal maltempata kbira. Fil-Parlament wara waqfa ta’ erba’ ġimgħat għall-btajjel tas-sajf, l-ewwel laqgħa tal-Kumitat tiegħu tal-Ekonomija rat kemmxejn ta’ buffura li qanqlet mhux ħażin lill-ewroparlamentari li kienu preżenti. Li ġara kien…

  • L-Iskandlu LIBOR

    L-Iskandlu LIBOR

    Matul dawn l-aħħar ġimgħat, id-dinja finanzjarja kienet milquta minn skandlu finanzjarju ieħor, din id-darba fir-rigward tal-mekkaniżmu magħruf bħala LIBOR. Numru ta’ banek prestiġjużi bħal Barclays Bank kienu involuti f’dan l-iskandlu bis-CEO u ċ-Ċermen tal-bank ikunu mġiegħla jirriżenjaw, u bil-bank jeħel multa ta’ 290 miljun lira sterlina. Il-Mekkaniżmu Meta nitkellmu dwar ir-rati tal-imgħax, normalment nassoċjaw dawn…

  • L-Unjoni Bankarja Ewropea – Tagħmel sens għalina?

    L-Unjoni Bankarja Ewropea – Tagħmel sens għalina?

    Il-kriżijiet li għaddejna u għadna għaddejin minnhom ġew ikkawżati primarjament mill-banek.  Parti kbira taż-żieda fid-djun tal-gvernijiet fiż-żona ewro saru meta somom kbar ta’ ewro pubbliċi ntużaw biex isalvaw lil dawn il-banek minn falliment ċert. Il-każ klassiku kien tal-Irlanda fejn l-ekonomija inqalbet  żaqqa ‘l fuq minħabba bank fallut, u l-pajjiż kellu jbati konsegwenzi kbar bi qtugħ…

  • Min rebaħ fl-aħħar ‘summit’ Ewropew?

    Min rebaħ fl-aħħar ‘summit’ Ewropew?

    L-MIDJA qabblu l-aħħar ‘summit’ fi Brussels, fejn sa­ret Laqgħa Għolja oħra tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, mal-Euro 2012, bil-logħba ta’ bejn l-Italja u l-Ġermanja. Min skorja, min rebaħ u min tilef. Kien hemm xebħ kbir bejn iż-żewġ Super Marios – Mario Monti u Mario Balotelli li jidhru li t-tnejn skorjaw kontra avversarju tal-istess nazzjonalità li sa ftit…

  • Ir-riċessjoni taħt il-lenti

    Ir-riċessjoni taħt il-lenti

    Għal ħafna nies m’hemmx bżonn statistika biex ikunu jafu li l-ekonomija daħlet f’riċessjoni. Iħossuha. Oħrajn ikunu jafu biss meta l-midja tħabbarha. Ftit ġimgħat ilu l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħareġ figuri li juru li, għat-tieni perjodu konsekuttiv ta’ tliet xhur, l-Prodott Gross Domestiku (PGD) waqa’. Dan ifisser li teknikament l-pajjiż daħal f’riċessjoni. Filfatt ir-ricessjoni tkun bdiet…

  • Scicluna OECD speech – Governments must look at GDP and beyond

    Scicluna OECD speech – Governments must look at GDP and beyond

    Labour MEP Prof Edward Scicluna last Tuesday (26th June 2012) called for European governments to give higher priority to policies aimed at improving the quality of life during a key-note speech at the Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD) in Paris. He told delegates that “the economic crisis has forced us to re-assess the traditional methods of policy-making and…

  • CCCTB

    CCCTB

    CCCTB “….. din il-proposta se tolqotna ħafna u allura rridu neħduha bis-serjetà.”   Ix-xahar li għadda, il-Parlament Ewropew ivvota favur proposta mressqa mill-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-bażi tat-taxxi għall-kumpaniji li joperaw fl-Ewropa, magħrufa bħala CCCTB (Common Consolidated Corporate Tax Base). Din il-proposta qajmet dibattitu bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fejn, waqt li l-maġġoranza huma favur tagħha,…

  • Banek għat-Tiswija

    Banek għat-Tiswija

    Bħalissa l-attenzjoni tal-media ffukata fuq il-kriżi tal-Greċja u ż-Żona Ewro. Fl-istess ħin, il-kawża vera li ġabet fuqna r-riċessjoni internazzjonali u l-kriżi tad-djun pubbliċi u li wasslet għall-kważi falliment ta’ ħafna banek kemm fl-Amerika kif ukoll fl-Ewropa ftit għadna nisimgħu fuqha. Din kienet il-kriżi finanzjarja li oriġinat fl-Amerika fl-2008. Nassigurakom li din ma ntesietx. Għadab kbir…

  • “GREXIT”

    “GREXIT”

    Kif jaf kulħadd, is-sitwazzjoni fil-Greċja sejra mill-ħażin għall-agħar. Illum il-kelma saret “meta” u mhux “jekk” il-pajjiż joħroġ miż-Żona Ewro. Diġà laqqmuha GREXIT, taqsira ta’ Greek Exit. Kulħadd issa kurjuż biex ikollu ħjiel tal-effetti kemm fuq il-Greċja kif ukoll fuq il-kumplament taż-Żona Ewro, inkluża Malta, meta din l-eventwalità sseħħ. Mingħajr Gvern Il-Greċja, kif nafu, għadhom sal-lum…

  • European Commission adopts Scicluna proposals on statistical governance

    European Commission adopts Scicluna proposals on statistical governance

    Labour MEP Prof Edward Scicluna today welcomed the European Commission’s decision to adopt a series of recommendations he had made in his report “Towards robust quality management for European Statistics,” which was approved by the European Parliament in March. Prof Scicluna, who leads the Parliament’s Economic committee on European statistics, earlier this week presented a…