-
It-tieni ‘bail-out’ għall-Greċja
Ix-xahar li għadda, il-Parlament Malti għadda mill-istadji kollha ta’ kumitat abbozz ta’ liġi li japprova s-self li se jingħata lill-Greċja bħala sehem Malta mit-tieni bail-out taż-Żona Ewro. Diskussjoni bħal din huwa importanti li nsegwuha anke aħna l-Ewroparlamentari Maltin li qegħdin fil-Parlament Ewropew. Wieħed jifhem li deċiżjonijiet fejn jidħol self jew għoti tal-fondi tal-pajjiż lil barranin…
-
Il-gideb u l-istatistika
Fejn tidħol l-istatistika, l-istorja tal-Unjoni Ewropea mhix sabiħa. Kellna iktar minn pajjiż wieħed li għawweġ il-figuri u uża dak li ngħidulu ‘creative accounting’, numri b’ħafna rtokk kosmetiku. Imbagħad kien hemm pajjiż, il-Greċja, li għal żmien twil ippreżenta statistika li ma kienet reali xejn, kienet falza, u tat stampa li xejn ma kienet tirrifletti s-sitwazzjoni tal-pajjiż.…
-
It-tkabbir ekonomiku
Ir-raġuni għaliex il-grupp tagħna fil-Parlament Ewropew, il-Grupp tal-Alleanza tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) kien ivvota kontra r-regolamenti ġodda ta’ dixxiplina fuq membri taż-Żona Euro, magħrufin bħala s-Six Pack, kienet għax l-unika rimedju propost kien dak ta’ programmi t’awsterità u xejn ta’ tkabbir ekonomiku. Illum però l-folja qiegħda tinqaleb u t-tkabbir ekonomiku qed jissemma iżjed u iżjed.…
-
‘Bailout’ ieħor għalxejn?
Aktar kmieni din il-ġimgħa wara laqgħa twila fi Brussels il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona Ewro laħqu ftehim li jsellfu lill-Greċja €130 biljun oħra biex tevita falliment ċert. Għaliex damu dawk is-sigħat kollha biex laħqu l-ftehim? Il-verità hi li mhux sigħat twal biss ħadu iżda ġimgħat twal għax din l-istorja ilha ġejja minn qabel il-milied. Il-problema hi…
-
Call me Bond
Matul is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu iktar kmieni l-ġimgħa l-oħra, ġiet approvata riżoluzzjoni dwar l-hekk imsejħa Stability jew Eurobonds – skema ta’ bejgħ ta’ bonds mill-pajjiżi Ewropej fuq skala Ewropea minflok dik ta’ bħalissa, fejn kull membru jbigħ il-bonds individwalment. M’hemm ebda dubju, sew għall-grupp tagħna tal-Alleanza Soċjalista u Demokratika, però anke għall-Parlament, dan…
-
It-Trattat dwar il-patt fiskali
Il-Ġimgħa li għaddiet reġa’ beda jiltaqa’ l-Parlament Ewropew. Kif wieħed jistenna fuq nett tal-aġenda hemm id-diskussjoni dwar iż-Żona Ewro. Din il-problema spiċċajna s-sena biha u erġajna sibniha ma’ wiċċna fis-sena l-ġdida. Qabel il-Milied, il-Kummissarju Olli Rehn kien qal li jekk il-pajjiżi taż-Żona Ewro ma kinux se jsibu soluzzjoni għall-problema tal-ewro fi żmien għaxart ijiem, iż-Żona…
-
Sibniha s-‘silver bullet’ għall-kriżi
Aktar ma jsiru ‘summits’ tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, aktar qiegħda tikber l-aspetattiva li l-aħħar soluzzjoni misjuba u miftiehma se tkun dik li ssolvi darba għal dejjem il-problemi li għaddejja minnhom l-ewro. Meta Olli Rhen bħala Kummissarju, ħabbar li l-kriżi tant hi serja li kien baqa’ biss għa-xart ijiem biex tinstab dik is-soluzzjoni aħħarija qabel ma ż-Żona…
-
Għaxart ijiem żmien
Il-ġimgħa li għaddiet, l-attenzjoni tad-dinja finanzjarja reġgħet kienet iffokata fuq l-Ewropa minħabba l-kriżi fiż-Żona Ewro. Fl-istess ġimgħa, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona Ewro reġgħu ltaqgħu biex jaraw kif se jilqgħu għal din il-kriżi. Anke l-Parlament Ewropew iltaqa’ f’Sessjoni Plenarja nhar il-Ħamis li għadda fejn il-futur tal-eurobonds u l-kriżi tad-djun kienet it-tema prinċipali tad-dibattitu li sar fil-Parlament fil-preżenza…
-
Iż-żona Ewro taħt attakk
B’dak li seħħ fil-Parlamenti tal-Italja u l-Greċja l-ġimgħa l-oħra, il-Gvernijiet Taljani u Griegi kienu t-tielet u r-raba’ pajjiż li triegħdu mis-sisien b’riżultat tal-kriżi tad-djun tagħhom. Mhux b’kumbinazzjoni li t-tnejn għażlu li jitmexxew għal ftit żmien minn ekonomisti ta’ fama u rispett bħall-Professuri Mario Monti (ritratt ta’ isfel) u Lucas Papademos (ritratt xellug) rispettivament. Fil-jiem li…
-
Il-piż tad-dejn min se jġorru?
Il-gimgha li għaddiet, x’aktarx aktar minn qatt qabel, ħarset id-dinja u b’mod partikolari dik Ewropea, kienet iffokata fuq Brussels, l-aktar nhar l-Erbgħa li għadda meta tkompla s-Summit tal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea li nbeda l-Ħadd ta’ qabel. Il-kitba fuq il-ħajt ta’ quddiemhom kienet ċara daqs il-kristall: Kollha nafu li s-sitwazzjoni fiż-Żona Ewro kompliet sejra għall-agħar. Irridu nieħdu…