-
FTT – It-taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji
Meta f’Settembru li għadda waqt li kien qed jindirizza s-Sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg, Josè Manuel Barosso, President tal-Kummissjoni Ewropea ħabbar li l-Kummissjoni kienet qiegħda taqbel mal-introduzzjoni tat-Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji (FTT) tant li qiegħda tipprepara l-proposti tagħha dwarha, wieħed ma setgħax ma jkunx sorpriż. Dan għaliex sa ftit ilu l-Kummissjoni Ewropea kienet baqgħet…
-
Is-soluzzjoni dwar il-kriżi finanzjarja fiż-Żona Ewro mhix fil-bogħod jekk hemm ir-rieda politika
X’AKTARX ninstema’ stramb jew li qiegħed kontra l-kurrent meta ngħid li minkejja l-kriżi kbira li tinsab fiha ż-Żona Ewro ninsab ottimist li ż-Żona Ewro ssalva. Ottimist li jsir hekk għax persważ li l-Ġermanja trid li ż-Żona Ewro ssalva. Salvazzjoni li r-rimedju għaliha se jkun goff. Dan kawża tal-fatt li tħalla jgħaddi wisq żmien bil-problema tkompli…
-
Żewġ kriżi b’soluzzjoni waħda
L-Unjoni Ewropea bħalissa għandha sfida kbira quddiemha. Trid tagħraf tieqaf kontra t-tnaqqir tal-prinċipju tas-solidarjetà fi ħdanha u fl-istess ħin tieqaf ukoll kontra t-tkattir tal-egoiżmu. U dan fi żmien diffiċli. Fi żmien ta’ kriżi. Hekk ukoll kien ġara fis-Snin Tletin meta d-dinja kienet inħakmet minn dipressjoni ekonomika kbira. Jekk għal xejn, l-istorja qiegħda hemm biex nitgħallmu…
-
Taxxa fuq transazzjonijiet finanzjarji
F’ĠUNJU li għadda l-President tal-Kummissjoni Ewropea (KE) Josè Manuel Barroso, kiteb lill-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u qalilhom li fil-ħarifa li ġejja l-Kummissjoni se tkun qiegħda tipproponi li tiddaħħal taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (TTF) li jsiru fil-pajjiżi membri tal-UE. Fl-istess ħin l-UE tkun qiegħda taħdem biex din il-forma ta’ tassazzjoni ma tkunx għall-pajjiżi tal-UE…
-
Mario Draghi
Mario Draghi, sal-lum Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Italja, mill-1 ta’ Novembru li ġej, se jkun il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal terminu ta’ tmien snin, sal-aħħar ta’ Ottubru, 2019. Għall-punt ta’ preċiżjoni rrid ngħid li din il-kariga, trid tkun approvata b’vot mill-Parlament Ewropew nhar il-Ġimgħa li ġej u l-approvazzjoni finali mill-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li se…
-
Mina twila bla xaqq ta’ dawl
Punt kruċjali li wieħed għandu jifhem dwar il-miżuri iebsin li qegħdin jittieħdu f’numru ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, prinċipalment fil-Greċja, fosthom it-tnaqqis fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tnaqqis fil-benefiċċji soċjali, iż-żieda fl-età tal-irtirar u oħrajn, mhumiex qegħdin ikunu determinati b’mod ħieles mill-pajjiż konċernat innifsu. Lanqas mhuma ġejjin minn xi istituzzjoni bħalma huwa l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), istituzzjoni internazzjonali u…
-
Governanza ekonomika: x’se tfisser għal pajjiżna
Gvern jiġi elett biex jara li flus il-poplu jkunu minfuqin sew. Il-mod li jinġabru t-taxxi u ssir l-ispiża pubblika hi xjenza soċjali li, jekk ma titmexxiex kif imiss, ikollha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali serji għal pajjiż. Jiġu affettwati r-rata li jiġi kkreat jew mitluf ix-xogħol, dik tal-inflazzjoni, kif ukoll r-rata ta’ familji li jaqgħu fil-faqar…
-
Sfida kbira għall-UE
Waħda mill-akbar sfidi li għandha quddiemha l-Unjoni Ewropea (UE) hija li jkollha politika ta’ governanza ekonomika addattata u maħsuba biex ikunu evitati kriżijiet bħal dawk li rajna jolqtu lill-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall. Fost l-oħrajn, għandhom jiġu indirizzati l-iżbilanċi li hemm bejn il-pajjiżi membri taż-Żona Ewro, iżda jekk din il-politika ma tkunx flessibbli ma’ pajjiżi li…
-
Solidarjetà mal-Greċja
Fil-Kalendarju u skeda ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew (PE), il-ġimgħa li għaddiet kienet skedata bħala waħda li matulha jsiru diskussjonijiet fi ħdan il-Gruppi Politiċi rappreżentati fil-PE, fil-każ tagħna s-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D). Din id-darba flok ma ltqajna fi Brussels iltqajna f’Ateni, il-Greċja. F’Ateni b’żewġ għanijiet, b’turija ta’ solidarjetà mal-Gvern Soċjalista Grieg f’dak li għaddej minnu bit-tmexxija…
-
Benefiċċju garantit
Nhar l-Erbgħa li għadda l-Parlament Ewropew approva b’maġġoranza kbira rapport li tressaq mill-Kumitat tal-Kostituzzjoni (AFCO) wara li l-Kumitat tagħna (ECON) konna approvajna u għaddejnielu opinjoni li tagħha kont ‘co-rapporteur’. Ir-rapport jittratta dwar tibdil fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea (UE). Tibdil li wara li ġie maqbul mill-Kunsill, l-għada, bih se jkun jista’ jitwaqqaf mekkaniżmu ta’ stabbiltà permanenti li…