Category: Financial Crisis

  • Daqqiet tal-frosta

    Daqqiet tal-frosta

    Żiemel li jkun qed jogħtor, li jkun kważi mejjet, inutli li tagħtih bil-frosta. Dan japplika għal kollox u għal kulħadd. Japp­lika għal individwu u japp­lika għal pajjiż sħiħ. U għax huwa hekk li neħodha bi kbira, li jiġi l-Kunsill tal-Ministri jipproponi miżuri ħorox immens għal dawk il-pajjiżi mgħobbijin bi djun kbar ħafna drabi li jkunu…

  • Bejn nemusa u ljunfant

    Bejn nemusa u ljunfant

    Ma nafx kinitx koinċi­denza jew le li nkun appuntat rapporteur fuq ir-Rapport ta’ Opinjoni dwar il-proposta tal-Kunsill Ew­­ropew għal tibdil fit-Trattat Ewropew biex ikun jista’ jit­waqqaf Mekkaniżmu għal Stabbiltà Permanenti għaż-Żona Ewro. Kienet x’kienet, ħassejtni xxokkjat x’ħin rajt x’kien qed jiġi propost għax mill-ewwel irrealizzajt li dak propost jista’ jfisser li Malta għalkemm tikkontribwixxi għa­­lih…

  • Minn temporanju għal permanenti

    Minn temporanju għal permanenti

    Il-fond ta’ stabilità għaż-Żona Ewro twaqqaf is-sena l-oħra b’mod temporanju u wara ħafna tkarkir tas-saqajn. Sar meta l-kapijiet tal-Ġermanja u Franza rrealizzaw li jekk ma jitwaqqafx il-Greċja ma ssibx tissellef fuq is-swieq internazzjonali u b’hekk tfalli. B’riżultat ta’ hekk jipperikolaw irwieħ­hom il-banek kbar Ewropej fosthom Ġermaniżi, Franċiżi u Ingliżi li bħalissa għandhom id-dejn tal-Greċja mqas­sam…

  • Il-pajjiżi Mediterranji u l-ewro

    Il-pajjiżi Mediterranji u l-ewro

    Fl-artiklu tiegħi tal-ġimgħa l-oħra ttrattajt is-sitwazzjoni attwali fiż-Żona Ewro mil-lenti tad-differenzi li hemm fil-mod kif ħadmu, u jaħdmu, il-pajjiżi Nordiċi, immexxijin fuq quddiem mill-Ġermanja, imma jinkludu magħha l-Awstrija, l-Olanda u l-Finlandja, kollha fiż-Żona Ew­ro. Huwa għalhekk wieħ­ed issa jrid jara l-mod kif ħadmu, u jaħdmu, il-pajjiżi Me­diterranji għal dik li hi tmexxija ekonomika u finanzjarja.…

  • Il-Ġermanja u l-ewro

    Il-Ġermanja u l-ewro

    Il-pożizzjoni dominanti li qiegħda tieħu l-Ġermanja rigward l-ewro sema’ biha kulħadd. Fil-Parlament Ewropew hemm min huwa ħosbien u inkwe­tat li l-kollettività li kienet teżisti sa ftit ta’ żmien ilu fil-Kunsill tal-Ministri qiegħ­da tispiċċa. Hemm oħrajn li ma jaqblux mat-teżi li qiegħ­da tissuġġerixxi l-Ġermanja biex tilqa’ għall-kriżi tal-ewro. Jarawha wisq iebsa. Mhix flessibbli biżżejjed u ma…

  • Sena ġdida, soluzzjonijiet ġodda

    Sena ġdida, soluzzjonijiet ġodda

    Is-sena li għadha kemm intemmet rat lill-munita Ewro ssib ma’ wiċċha l-ewwel skoll. L-ewwel prova. L-ewwel sfida serja. Is-saram kompla jikber għax it-Trattat ta’ Liżbona, dak l-istess Trattat kalvarju sħiħ biex jiġi fis-seħħ, ma kienx jaħseb għal eventwalità bħal din u allura għal pjan alternattiv. Dan kien jipprojbixxi li jkun hemm xi faċilità fil-forma ta’…

  • Minn Brussels għal Kinshasa

    Minn Brussels għal Kinshasa

    GĦADDEJT il-ġimgħa l-oħra f’żewġt ibliet ferm ’il bogħod minn xulxin, għalkemm b’rabtiet sto riċi u kolonjali, L-ewwel nofs għaddejtu fi Brussels f’ħid ma normali b’suġġett mhux daqshekk normali fil-Parlament Ewropew, u t-tieni nofs f’Kinshasa fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fl-Afrika, eks-kolonja tal-Belġju, u għal xi żmien kienet magħrufa bħala Zaire. Dan għamiltu bħala parti mid-Delegazzjoni Parlamentari tal-Parlament…

  • Ir-rapport preliminarju tal-IMF

    Ir-rapport preliminarju tal-IMF

    FTIT tal-jiem ilu l-Fond Monetarju Internazzjo nali (IMF) ippubblika r-Rapport Preliminarju tiegħu dwar Malta, dwar l-andament tal-ekonomija Maltija. Rapport preliminarju għax ir-rapport sħiħ u komprensiv isir wara li jkun għadda u ntgħarbel minn, u f’ħafna skali ta’ din l-istituzzjoni. Dak ippub b likat huma l-ewwel ħsibijiet tad-delegazzjoni tal-IMF li ġiet Malta biex ikun jista’ jit…

  • Il-kriżi tad-djun fiż-żona Ewro quddiem il-PE

    Il-kriżi tad-djun fiż-żona Ewro quddiem il-PE

    Il-kriżi tad-djun fiż-Żona Ewro llum tkun dibattuta fil-Parlament Ewropew (PE). Il-PE se jkun indirizzat mill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) Jean Claude Trichet. Is-sitwazzjoni li tinsab fiha bħalissa l-Irlanda kompliet ħolqot diffikultajiet u tħassib mhux biss dwar il-futur taż-Żona Ewro imma wkoll tal-Unjoni Ewropea (UE) innifisha. Nhar it-Tlieta tal-ġimgħa l-oħra Herman Van Rompuy, President tal-Kunsill Ewropew,…

  • Sanzjonijiet?

    Sanzjonijiet?

    Il-kriżi tal-finanzi pubbliċi, jiġifieri ta’ djun kbar li laqtet lil diversi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea taż-Żona Ewro wasslet biex l-Unjoni Ewropea tħoss aktar il-bżonn ta’ sorveljanza ferm aktar mill-qrib tal-baġits u anke tal-istatistika tal-pajjiżi membri, l-aktar taż-Żona Ewro. Meta wieħed iħares lura isib li din il-kriżi nholqot meta s-swieq globali tal-finanzi u magħhom ir-Rating Agencies…