Category: Migration

  • Żewġ kriżi b’soluzzjoni waħda

    Żewġ kriżi b’soluzzjoni waħda

    L-Unjoni Ewropea bħa­l­issa għandha sfida kbira quddiemha. Trid tagħraf tieqaf kontra t-tnaq­qir tal-prinċipju tas-solidarjetà fi ħdanha u fl-istess ħin tieqaf ukoll kontra t-tkattir tal-egoiżmu. U dan fi żmien diffiċli. Fi żmien ta’ kriżi. Hekk ukoll kien ġara fis-Snin Tletin meta d-dinja kienet inħakmet minn dipressjoni ekonomika kbira. Jekk għal xejn, l-istorja qiegħda hemm biex nitgħallmu…

  • L-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa tal-Lvant: hemm xi xebħ?

    L-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa tal-Lvant: hemm xi xebħ?

    Tmiem is-snin tmenin ġab miegħu l-waq­għa tal-ħajt ta’ Berlin u ftit wara l-waqgħa tal-Ko­muniżmu. Il-popli fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant taħt ġwie­naħ l-Unjoni Sovjetika tajru s-sistema Komunista kemm f’dik li hi tmexxija politika kif ukoll ekonomika. Iddiżintegrat ukoll l-Unjoni Sovjetika nnifis­ha. L-ewwel xhur ta’ din is-sena kienu kkaratterizzati minn avvenimenti simili fil-kontinent Nord Afrikan, b’rivoluzz­joni­jiet li bdew…

  • Is-solidarjetà fl-UE hi skarsa?

    Is-solidarjetà fl-UE hi skarsa?

    Huwa issa ċar daqs il-kristall li s-solidarjetà fl-Unjoni Ewropea mhix hemm fejn jidħol il-tqassim tal-piż li jaqa’ sproporzjalment fuq xi paj­jiżi minħabba l-immigrazzjoni irregolari. Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea nhar il-Ħamis li għadda, għaxar pajjiżi membri vvolontarjaw li jieħdu total ta’ 323 refuġjat minn Malta. Il-Ġermanja qalet li tieħu mitt refuġjat, waqt li…

  • Solidarjetà?

    Solidarjetà?

    Il-laqgħa li saret bħal-lum ġimgħa fil-Lussemburgu bejn il-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea serviet żgur biex uriet kemm hu diffiċli t-twettiq fil-konkret tal-prinċip­ju tas-solidarjetà meta dan ikun mitlub li jsir hekk minn pajjiż membru żgħir jew minoranza żgħira tal-pajjiżi mem­bri tal-Unjoni Ewropea, speċjalment meta ma jkollhiex xi parrinu kbir jaqbeż għaliha. Dan il-fatt jidher bħa­la…

  • Minkejja ċ-ċokon tagħna

    Minkejja ċ-ċokon tagħna

    Meta nirreferi għall-po­żizzjoni tagħna bħa­la delegazzjoni Mal­tija fil-Parlament Ewropew spiss nipparagunaha bħala waħ­da ta’ nemusa ma’ ljunfant. Il-fatt li aħna numru żgħir ta’ Membri Parlamentari Ewropej, ħamsa, jillimitana drastikament, pereżempju, f’kemm kumitati nistgħu nser­vu. Madankollu dan l-iżvantaġġ nistgħu b’xi mod inpattu għalih jekk inkunu kapaċi nieħdu karigi kruċjali jew inkunu attivi f’dawn il-kumitati. Meta membru…

  • Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma

    Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma

    Ftit tal-jiem ilu l-Gvern Malti talab l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea biex tidħol taqsam magħna l-piż fuq pajjiżna li se jkun ifisser l-influss ta’ immigranti rregolari li jkunu qegħdin jitilqu mil-Libja kawża tas-sitwazzjoni li jinsab fiha dak il-pajjiż. Dak li qed jitlob issa l-Gvern Malti, id-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew flimkien mal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) li minnu…

  • Deċiżjonijiet diffiċli dwar il-Libja

    Deċiżjonijiet diffiċli dwar il-Libja

    Immaginaw lil xi ħadd li jkollu argument fil-familja u jisma’ l-qan­piena tal-bieb tad-dar iċċempel. Ikun il-Pulizija li sema’ xi ilħna għoljin u issa jrid ikun jaf x’ġara, biex jindaħal u jżomm ma’ xi naħa jew oħra. Narawha barra minn lokha. Daqshekk ieħor pajjiż barrani m’għandu l-ebda awtorità li jindaħal fil-kwistjonijiet interni ta’ xi pajjiż ieħor.…

  • Hemm għalfejn jinxtered id-demm?

    Hemm għalfejn jinxtered id-demm?

    Ir-rivoluzzjonijiet li seħħew l-ewwel fit-Tune­żija mbagħad fl-Eġittu, wasslu għal dak li ried il-poplu, it-tneħħija tat-tmexxija awtoritarja tal-pajjiż. Kien hemm l-imwiet. Inxtered id-demm. Sadanittant qed iseħ­ħu irvellijiet b’konsegwenzi aktar koroh, b’iktar tixrid ta’ demm u mwiet fil-Libja. Kien hemm protesti f’ħafna pajjiżi oħrajn, għalkemm mhux koll­ha mdemmin. Il-mistoq­sija li tigi f’moħħok mill-ewwel hi: jista’ jkun hemm…

  • It-Tuneżija: Falliment ta’ mudell demokratiku

    It-Tuneżija: Falliment ta’ mudell demokratiku

    Sakemm qiegħed nikteb dan l-artiklu s-sitwazzjoni fit-Tu­neżija għadha mqallba sew. Wara l-irvelli­jiet vjolenti, ir-reazzjoni mill-forzi tal-ordni, l-imwiet fit-to­roq, il-ħarba tal-President Ben Ali, u r-reazzjoni negattiva mill-poplu għall-parti mis-“soluzzjoni temporanja”, mhux lakemm jiġi kollox lura għan-normal f’tebqa t’għajn. Tant hu hekk, li s-sitwazzjoni tista’ anke tiggrava daqskemm tista’ titjieb. It-Tuneżija kienet meqjusa bħala l-aktar pajjiż Għarbi…