Category: Issues

  • Mina twila bla xaqq ta’ dawl

    Mina twila bla xaqq ta’ dawl

    Punt kruċjali li wieħed għandu jifhem dwar il-miżuri iebsin li qegħ­din jittieħdu f’numru ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, prinċipalment fil-Greċja, fost­hom it-tnaqqis fil-kun­dizzjonijiet tax-xogħol, it-tnaqqis fil-benefiċċji soċjali, iż-żieda fl-età tal-irtirar u oħrajn, mhumiex qegħdin ikunu determinati b’mod ħieles mill-pajjiż konċernat innifsu. Lanqas mhuma ġejjin minn xi istituzzjoni bħalma huwa l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), istituzzjoni internazzjonali u…

  • Min se jkun il-kap tal-IMF?

    Min se jkun il-kap tal-IMF?

    Min se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Maniġerjali, Kap, tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) wara r-riżenja ta’ Dominque Strauss Khan aktar kmieni dan ix-xahar? Mistoqsija li fuqha hija ffukata l-attenzjoni internazzjonali u li tweġiba għaliha rridu nistennewha sa tmiem Ġunju li ġej. Madankollu jidher li s-swaba’ huma ppuntati lejn il-Ministru tal-Finanzi Franċiża Christine Lagarde li…

  • Is-solidarjetà fl-UE hi skarsa?

    Is-solidarjetà fl-UE hi skarsa?

    Huwa issa ċar daqs il-kristall li s-solidarjetà fl-Unjoni Ewropea mhix hemm fejn jidħol il-tqassim tal-piż li jaqa’ sproporzjalment fuq xi paj­jiżi minħabba l-immigrazzjoni irregolari. Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea nhar il-Ħamis li għadda, għaxar pajjiżi membri vvolontarjaw li jieħdu total ta’ 323 refuġjat minn Malta. Il-Ġermanja qalet li tieħu mitt refuġjat, waqt li…

  • Governanza ekonomika: x’se tfisser għal pajjiżna

    Governanza ekonomika: x’se tfisser għal pajjiżna

    Gvern jiġi elett biex jara li flus il-poplu jkunu minfuqin sew. Il-mod li jinġabru t-taxxi u ssir l-ispiża pubblika hi xjenza soċjali li, jekk ma titmex­xiex kif imiss, ikollha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali serji għal pajjiż. Jiġu affett­wati r-rata li jiġi kkreat jew mitluf ix-xogħol, dik tal-inflazzjoni, kif ukoll r-rata ta’ familji li jaqgħu fil-faqar…

  • Sfida kbira għall-UE

    Sfida kbira għall-UE

    Waħda mill-akbar sfidi li għandha quddiemha l-Unjoni Ewropea (UE) hija li jkollha politika ta’ governanza ekonomika addattata u maħsuba biex ikunu evitati kriżijiet bħal dawk li rajna jolqtu lill-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall. Fost l-oħrajn, għandhom jiġu indirizzati l-iżbilanċi li hemm bejn il-pajjiżi membri taż-Żo­na Ewro, iżda jekk din il-politika ma tkunx flessibbli ma’ pajjiżi li…

  • Solidarjetà?

    Solidarjetà?

    Il-laqgħa li saret bħal-lum ġimgħa fil-Lussemburgu bejn il-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea serviet żgur biex uriet kemm hu diffiċli t-twettiq fil-konkret tal-prinċip­ju tas-solidarjetà meta dan ikun mitlub li jsir hekk minn pajjiż membru żgħir jew minoranza żgħira tal-pajjiżi mem­bri tal-Unjoni Ewropea, speċjalment meta ma jkollhiex xi parrinu kbir jaqbeż għaliha. Dan il-fatt jidher bħa­la…

  • Minkejja ċ-ċokon tagħna

    Minkejja ċ-ċokon tagħna

    Meta nirreferi għall-po­żizzjoni tagħna bħa­la delegazzjoni Mal­tija fil-Parlament Ewropew spiss nipparagunaha bħala waħ­da ta’ nemusa ma’ ljunfant. Il-fatt li aħna numru żgħir ta’ Membri Parlamentari Ewropej, ħamsa, jillimitana drastikament, pereżempju, f’kemm kumitati nistgħu nser­vu. Madankollu dan l-iżvantaġġ nistgħu b’xi mod inpattu għalih jekk inkunu kapaċi nieħdu karigi kruċjali jew inkunu attivi f’dawn il-kumitati. Meta membru…

  • Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma

    Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma

    Ftit tal-jiem ilu l-Gvern Malti talab l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea biex tidħol taqsam magħna l-piż fuq pajjiżna li se jkun ifisser l-influss ta’ immigranti rregolari li jkunu qegħdin jitilqu mil-Libja kawża tas-sitwazzjoni li jinsab fiha dak il-pajjiż. Dak li qed jitlob issa l-Gvern Malti, id-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew flimkien mal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) li minnu…

  • Solidarjetà mal-Greċja

    Solidarjetà mal-Greċja

    Fil-Kalendarju u skeda ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew (PE), il-ġimgħa li għaddiet kienet skedata bħala waħda li matulha jsiru diskussjonijiet fi ħdan il-Gruppi Politiċi rappreżentati fil-PE, fil-każ tagħna s-Soċjalis­ti u d-Demokratiċi (S&D). Din id-darba flok ma ltqajna fi Brussels iltqajna f’Ateni, il-Greċja. F’Ateni b’żewġ għanijiet, b’turija ta’ solidarjetà mal-Gvern Soċjalista Grieg f’dak li għaddej minnu bit-tmexxija…

  • Benefiċċju garantit

    Benefiċċju garantit

    Nhar l-Erbgħa li għad­da l-Parlament Ewro­pew approva b’maġ­ġo­ranza kbira rapport li tres­saq mill-Kumitat tal-Kosti­tuzz­joni (AFCO) wara li l-Kumitat tagħna (ECON) konna approvajna u għaddejnielu opinjoni li tagħha kont ‘co-rap­porteur’. Ir-rapport jittrat­ta dwar tibdil fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea (UE). Tibdil li wara li ġie maqbul mill-Kunsill, l-għada, bih se jkun jista’ jitwaqqaf mekkaniżmu ta’ stabbiltà permanenti li…