-
Il-Ġermanja u l-ewro
Il-pożizzjoni dominanti li qiegħda tieħu l-Ġermanja rigward l-ewro sema’ biha kulħadd. Fil-Parlament Ewropew hemm min huwa ħosbien u inkwetat li l-kollettività li kienet teżisti sa ftit ta’ żmien ilu fil-Kunsill tal-Ministri qiegħda tispiċċa. Hemm oħrajn li ma jaqblux mat-teżi li qiegħda tissuġġerixxi l-Ġermanja biex tilqa’ għall-kriżi tal-ewro. Jarawha wisq iebsa. Mhix flessibbli biżżejjed u ma…
-
Sena ġdida, soluzzjonijiet ġodda
Is-sena li għadha kemm intemmet rat lill-munita Ewro ssib ma’ wiċċha l-ewwel skoll. L-ewwel prova. L-ewwel sfida serja. Is-saram kompla jikber għax it-Trattat ta’ Liżbona, dak l-istess Trattat kalvarju sħiħ biex jiġi fis-seħħ, ma kienx jaħseb għal eventwalità bħal din u allura għal pjan alternattiv. Dan kien jipprojbixxi li jkun hemm xi faċilità fil-forma ta’…
-
Is-suwed tal-Afrika
L-ewwel darba li smajt bihom kien fi tfuliti mingħand ommi, li kienet taqra l-pubblikazzjoni Malta Missjunarja kull nhar ta’ Ħadd meta kienet tpoġġi fuq siġġu quddiem l-antiporta tad-dar tagħna u tqatta’ l-unika siegħa mistrieħ, jew ftit aktar, li kien ikollha tul ġimgħa sħiħa ta’ xogħol fid-dar. Tfal b’żaqqhom kbira li kellhom bżonn l-ikel, skejjel biex…
-
Minn Brussels għal Kinshasa
GĦADDEJT il-ġimgħa l-oħra f’żewġt ibliet ferm ’il bogħod minn xulxin, għalkemm b’rabtiet sto riċi u kolonjali, L-ewwel nofs għaddejtu fi Brussels f’ħid ma normali b’suġġett mhux daqshekk normali fil-Parlament Ewropew, u t-tieni nofs f’Kinshasa fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fl-Afrika, eks-kolonja tal-Belġju, u għal xi żmien kienet magħrufa bħala Zaire. Dan għamiltu bħala parti mid-Delegazzjoni Parlamentari tal-Parlament…
-
Ir-rapport preliminarju tal-IMF
FTIT tal-jiem ilu l-Fond Monetarju Internazzjo nali (IMF) ippubblika r-Rapport Preliminarju tiegħu dwar Malta, dwar l-andament tal-ekonomija Maltija. Rapport preliminarju għax ir-rapport sħiħ u komprensiv isir wara li jkun għadda u ntgħarbel minn, u f’ħafna skali ta’ din l-istituzzjoni. Dak ippub b likat huma l-ewwel ħsibijiet tad-delegazzjoni tal-IMF li ġiet Malta biex ikun jista’ jit…
-
Il-kriżi tad-djun fiż-żona Ewro quddiem il-PE
Il-kriżi tad-djun fiż-Żona Ewro llum tkun dibattuta fil-Parlament Ewropew (PE). Il-PE se jkun indirizzat mill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) Jean Claude Trichet. Is-sitwazzjoni li tinsab fiha bħalissa l-Irlanda kompliet ħolqot diffikultajiet u tħassib mhux biss dwar il-futur taż-Żona Ewro imma wkoll tal-Unjoni Ewropea (UE) innifisha. Nhar it-Tlieta tal-ġimgħa l-oħra Herman Van Rompuy, President tal-Kunsill Ewropew,…
-
Gwerer kummerċjali
Jekk kien hemm xi ħadd li kellu dubju jekk ir-rata tal-kambju tal-lira Maltija qabel ma dħalna fl-ewro kinitx importanti li naraw li ma tkunx għolja, żgur li llum neħħieħ. Tant hu importanti li r-rata tal-kambju ma tkunx għolja li saħansitra qed jinqalgħu kwistjonijiet kbar bejn ħafna pajjiżi fuq dan is-suġġett. Qegħdin isejħula ‘Currency Wars’. L-iskop…
-
Sanzjonijiet?
Il-kriżi tal-finanzi pubbliċi, jiġifieri ta’ djun kbar li laqtet lil diversi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea taż-Żona Ewro wasslet biex l-Unjoni Ewropea tħoss aktar il-bżonn ta’ sorveljanza ferm aktar mill-qrib tal-baġits u anke tal-istatistika tal-pajjiżi membri, l-aktar taż-Żona Ewro. Meta wieħed iħares lura isib li din il-kriżi nholqot meta s-swieq globali tal-finanzi u magħhom ir-Rating Agencies…