-
Żelqa kbira fin-niexef
Iċ-ċittadin li mill-paga ta’ kull erba’ ġimgħat titnaqqaslu t-taxxa dovuta u li fl-aħħar tas-sena tasallu d-dar l-informazzjoni mid-Dipartiment tat-Taxxa dwar x’ħallas taxxa u jekk għandux iħallas aktar jew kellux iħallas inqas, jixxokkja ruħu x’ħin jisma’ li kumpaniji kbar, ġganteski, jaħbu l-profitti tagħhom biex ma jħallsux it-taxxa dovuta. Sitwazzjoni li wieħed jifhimha, aktar u aktar meta…
-
Il-Ministeru għall-Finanzi
Bi prudenza ngħid li f’Malta, bħal f’kull pajjiż ieħor, il-Ministeru għall-Finanzi huwa wieħed importanti ħafna. Importanza riflessa fil-laqgħat li jkollhom il-Ministri għall-Finanzi fuq bażi ta’ Unjoni Ewropea u anke f’laqgħat mondjali. Importanza li narawha riflessa wkoll fi ħdan il-Kabinett. Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu biex tali Ministeru jingħata l-importanza li jingħata. Biżżejjed jingħad li l-Ministru…
-
Rapporti li jxejnu l-kritika qarrieqa
Mhix l-ewwel darba li b’mod inġenerali minn din il-paġna kkummentajt dwar id-diversi istituzzjonijiet f’pajjiżna, fosthom dawk regolatorji, dawk li jirrigwardjaw iż-żamma tal-ordni u l-ħarsien tal-liġijiet. Istituzzjonijiet li kienu u għadhom suġġetti għal kritika qawwija li għaddejja kemm f’pajjiżna, kemm f’ġurnali barranin u saħansitra twasslet anke fil-Parlament Ewropew. Kritika li tista’ twassal biss biex issir ħsara…
-
L-utilità tal-Household Budgetary Survey
Ftit tal-ġranet ilu l-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali (NSO) ippubblika r-riżultati ta’ stħarriġ li sar fost il-familji Maltin, stħarriġ imsejjaħ Household Budgetary Survey. Stħarriġ li jindaga l-ispiża tal-familji. Ma jkunx stħarriġ li fih jieħdu sehem il-familji kollha tal-pajjiż, bħalma jkun ċensiment, imma stħarriġ fuq 6,000 familja u li minnhom normalment jwieġbu madwar 4,000. Ammont li huwa kampjun…
-
L-anzjanità u dak li ġġib magħha
Wieħed faċilment jinnota li llum l-anzjanità hija suġġett mill-aktar diskuss u dan għal diversi raġunijiet. Fosthom li proporzjonalment, mal-popolazzjoni, l-anzjanità qegħda dejjem tikber, u tikber sew. Dan huwa kawżat minn diversi fatturi. Hu fattur pożittiv li llum, grazzi għal-livell ta’ għixien flimkien ma’ titjib fis-servizzi ta’ saħħa u għarfien akbar ta’ kura preventiva l-poplu qiegħed…
-
Iż-żejt tiela’ f’wiċċ l-ilma
Huwa fatt innegabbli li pajjiżna issa kien ilu għal żmien sostanzjalment twil fil-mira ta’ kritika inġusta fejn jirrigwarda s-sistema tat-taxxa. Kritika li twasslet f’livelli għoljin u influwenti ħafna, bħalma huwa l-Parlament Ewropew, anke permezz tal-midja internazzjonali. Ippruvaw ipinġu lil pajjiżna bħala pajjiż fejn hija prattikata laxkezza fiskali, li pajjiżna huwa tax haven, fejn ma teżistix…
-
Faqar ta’ pajjiżi sħaħ
Ġimgħatejn ilu esperjenzajna għal darb’oħra kemm il-poplu Malti u Għawdxi huwa wieħed ġeneruż. Il-ġbir li sar għall-Istrina u għad-Dar tal-Providenza huma prova mill-akbar. Ma ninsewx li tul is-sena jkollna diversi kampanji oħra ta’ ġbir li l-għanijiet tagħhom huma varji. Dan jinkludi ġbir li jkun immirat primarjament b’risq il-Missjonijiet li tmexxi l-Knisja Kattolika Maltija f’diversi postijiet…
-
X’qed jistenniena fis-sena l-ġdida
Il-perjodu festiv issa pjuttost għadda u ftit ftit deħlin lura għan-normalità tal-ħajja. Tmiem is-sena 2017 tatna l-opportunità nħarsu lura lejn dak li sar matulha. Ħarsa li tista’ tkun ta’ għajnuna biex filwaqt li tirrikonoxxi li mhux faċli wieħed ibassar x’se jkun se jiġri tul is-sena 2018, minn dak li seħħ tul is-sena 2017 wieħed ikun…
-
Ħarsa lura lejn is-sena 2017
Is-sena 2017 waslet biex tintemm u naħseb li huwa opportun li f’dan l-aħħar artiklu tiegħi għal din is-sena nagħti ħarsa ftit lura lejn is-sena 2017. M’għandix l-ispazju, u lanqas huwa l-iskop, li nidħol f’kull dettal ta’ x’ġara din is-sena. Naħseb imma li jekk inħarsu lejn dik li hija politika u ekonomija nkunu qegħdin naraw u…
-
Lenti fuq il-konsum
Ninsabu fi żmien festiv, tradizzjonalment marbut ma’ aktar kummerċ minn dak normali peress li huma ġranet fejn isir ħafna xiri ta’ rigali li jvarjaw minn ħwejjeġ, prodotti għad-dar, safar u mitt elf ħaġ’oħra. Wasla sal-Belt u postijiet oħrajn kummerċjali flimkien ma’ ħarsa ħafifa lejn is-sriebet ta’ nies fil-ħwienet huma biżżejjed biex tifhem dan kollu. Dan…