Category: Maltese Articles

  • L-attakki fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna  

    L-attakki fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna   

    Ma naħsibx li kien hemm xi żmien daqs illum li istituzzjonijiet ta’ importanza kbira f’pajjiżna kienu attakkati bil-mod feroċi u qawwi li qegħdin ikunu attakkati bih. Attakki mhux biss fil-midja lokali u barranija imma anke, sfortunatament f’postijiet bħalma huwa l-Parlament Ewropew. Meta ngħid istituzzjonijiet ta’ importanza kbira f’pajjiżna inkun qed infisser awtoritajiet finanzjarji bħalma huwa…

  • Il-Lista s-Sewda

    Il-Lista s-Sewda

    Pajjiżi deskritti bit-terminu ta’ tax haven ilhom fuq l-aġenda tal-opinjoni pubblika, mhux biss lokali, għal tul ta’ żmien, imma kultant b’aktar enfasi minn drabi oħrajn. Aktar kmieni din il-ġimgħa pparteċipajt  f’laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li saret fi Brussell. L-aġenda, pjuttost twila, kienet tinkludi l-approvazzjoni ta’ lista ta’ pajjiżi biex…

  • Miri kontra l-faqar dinji

    Miri  kontra l-faqar dinji

    Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet attendejt konferenza internazzjonali ta’ livell għoli f’Doha, il-belt kapitali tal-Qatar, li kellha l-għan li jkompli jkun miġġieled il-faqar dinji permezz ta’ finazjament aħjar għal proġetti ta’ żvilupp. Konferenza organizzata mill-Ġnus Magħquda flimkien mal-Qatar bit-tema “Financing for development and the means of implementation of the 2030 agenda for sustainable development”. It-terminu…

  • Pajjiżna fil-Parlament Ewropew

    Pajjiżna fil-Parlament Ewropew

    Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Parlament Ewropew iddiskuta s-suppost kollass tas-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna. Kull min segwa d-dibattitu seta’ faċilment jinnota l-iskorrettezzi u l-esaġerazzjonijiet dwar pajjiżna li bdew jingħadu u jkunu ripetuti minn uħud mill-Membri Parlamentari Ewropej li jappartjenu lill-Partit Popolari Ewropew (PPE), il-grupp li lilu jappartjeni l-Partit Nazzjonalista. Skorrettezzi u esaġerazzjonijiet li la jagħmlu ġieħ lil…

  • ĦIDMIETNA SABIEX INLESTU MALTA GĦALL-FUTUR 

    ĦIDMIETNA SABIEX INLESTU MALTA GĦALL-FUTUR 

    X’impatt dirett ħalla fuq il-poplu Malti l-Baġit 2018? Ir-reazzjonijiet li kien hemm għall-Baġit 2018 minn kull faxxa tal-ħajja juru biċ-ċar li l-impatt kien wieħed pożittiv ħafna. Dan joħroġ ukoll mir-reazzjoni tal-korpi kostitwiti. X’impatt għamlet  l-ekonomija fit-turiżmu? Żdied l-infieq tat-turisti? Din is-sena mistennija tkun sena oħra rekord għall-industrija tat-Turiżmu u għas-sena d-dieħla, in-numru ta’ turisti mistenni…

  • F’ġieħ Is-Saltna tad-Dritt

    F’ġieħ Is-Saltna tad-Dritt

    F’ġieħ Is-Saltna tad-Dritt Dak li jiddistingwi stat demokratiku, fejn kollox jimxi bl-ordni, minn stat fejn tirrenja l-liġi tal-ġungla, fejn min hu l-aqwa jħawwel, huwa t-tħaddim ta’ dak li l-Ingliżi jirreferu għalih bħala ‘law and order’, funzjoni li toħroġ mir-‘Rule of Law’. Aħna, bħala Maltin, nirreferu għal dan bħala t-tħaddim tas-Saltna tad-Dritt. Sitwazzjoni li ma timxix…

  • Ejja ma nċekknux it-tifsira tas-Surplus

    Ejja ma nċekknux it-tifsira tas-Surplus

    Ma nkun qed ngħid xejn barra mill-verità meta ngħid li ddejjaqni l-attitudni ta’ min qed jipprova jċekken il-kisba tas-surplus fil-Finanzi tal-Gvern.  Qisha xi ħaga trivjali. Qisha kienet xi ħaġa li tiġri kull tmiem is-sena. L-attitudni bħal din li bdiet ferm qabel dak li gara f’pajjizna dan l-ahhar hija ċara daqs il-kristall li din ir-reazzjoni hija…

  • Prudenza

    Prudenza

    Qiegħed nikteb dan l-artiklu waqt li, bħal kulħadd, għadni taħt xokk qawwi wara dak li seħħ nhar it-Tnejn li għadda. Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa kundannabbli mingħajr ebda riserva. Hija ġrajja traġika, riżultat ta’ att kriminali goff, li dwaru kulħadd għandu, u jmissu, jitkellem bi prudenza. B’kawtela u b’attenzjoni kbira, biex għada pitgħada ma…

  • Bi tħejjija għall-baġit

    Bi tħejjija għall-baġit

    Ninsabu ftit jiem biss bogħod minn Jum il-Baġit, it-Tnejn, 9 ta’ Ottubru li ġej. Konvint li bħal dan iż-żmien kulħadd jista’ jimmaġina b’liema ritmu jkun għaddej ix-xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi. Imma fl-istess ħin naħseb li mhux daqstant huma dawk li jistgħu jifhmu l-importanza tal-proċess li jgħaddu minnu l-Ministru tal-Finanzi b’mod partikolari u l-Ministri l-oħrajn kollha, u…

  • Illum…..f’Jum id-Dwana

    Illum…..f’Jum id-Dwana

      Illum, il-Ġimgħa, 22 ta’ Settembru, jaħbat Jum id-Dwana u allura huwa bix-xieraq li nieħu din l-okkażjoni biex filwaqt li nifraħ lil dawk kollha ninvoluti fid-Dwana, minn fuq s’isfel, għal ħidmiethom, nitratta wkoll ftit dwar dan id-Dipartiment bl-importanza u bir-responsabbiltà kbira li jġorr miegħu. Id-Dipartiment tad-Dwana huwa wieħed mit-tliet dipartimenti fiskali ewlenin, flimkien mad-Dipartiment tal-VAT…