-
Qegħdin f’boom ekonomiku?
Huwa fatt li l-ekonomija ta’ pajjiżna għaddejja minn żminijiet sbieħ. Żminijiet bla preċedent. Żminijiet li l-effetti tagħhom huma tanġibbli. Tarahom. Tħosshom. Tgħixhom. Il-flus fi bwiet in-nies jinħassu għalkemm ma jfissirx li m’hemmx min li għadu ma intlaħaqx daqskemm mistenni minn dawn iż-żminijiet tajbin. Żminijiet li qegħdin iwasslu għal mistoqsija li ssirli spiss u li mill-mod…
-
Min imexxi jrid ikollu l-Kapaċitajiet Meħtieġa
Jekk hemm xi ħaġa li tinkwieta lil ħafna nies hija n-nuqqas ta’ servizz jew servizz ħażin li jingħataw meta ma jagħtux kashom jew jagħtuhom prodotti li ma jaħdmux sew. Meta tanalizza dan kollu tara li warajhom hemm il-persuna, imma iżjed minn hekk hemm l-organizzazzjoni. Huwa minnu li hemm nies li jaqdu b’mod ħafna aħjar minn…
-
L-aspettattivi għall-baġit 2018
Ninsabu ftit ġimgħat biss bogħod milli nkunu qegħdin inressqu l-Baġit għas-sena 2018, l-ewwel wieħed ta’ din il-Leġiżlatura l-ġdida. Filfatt bħalissa ninsabu għaddejjin għalenija bil-preparamenti meħtieġa għal dan l-eżerċizzju ewlieni ta’ kull sena. Kif mistenni, bħalissa, jaslu fil-Ministeru tal-Finanzi diversi proposti apparti l-bidu tat-twettiq tal-Programm Elettorali. Is-sitwazzjoni ekonomika tajba li għaddej minnha l-pajjiż qegħda isservi biex…
-
Waqt li timla’ l-formola tat-taxxa
Benjamin Franklin, wieħed mill-fundaturi ta’ l-Istat Uniti, xjentist u filosofu kbir, kien jgħid illi fid-dinja ma hemm xejn żgur ħlief il-mewt u t-taxxi. Għandu raġun, imma ma xtaqtx nitratta fuq tal-ewwel. Nippreferi nitkellem dwar it-taxxi, aktar fil-linja tiegħi. It-taxxi huma xi ħaġa żgura għax fir-realtà ebda Gvern ma jista’ jaħdem mingħajrhom. Mingħajr ġbir ta’ taxxi…
-
Lejn titjib fl-Infrastruttura tal-pajjiż
Wasal iż-żmien tas-sena fejn bħala Ministru tal-Finanzi irrid nippreżenta l- Pre Budget Document jiġifieri d-dokument ta’ qabel il-baġit. Fil-fatt kmieni din il-ġimgħa ppreżentajtu lill-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD. Lill-imsieħba soċjali nagħtuhom priorità għar-raġuni li fl-MCESD, permezz tal-unjins ewlenin tal-pajjiż għandek rappreżentati sezzjonijiet kbar tal-ħaddiema. Imma mhux biss. Fl-MCESD għandek ukoll dawk li huma self employed.…
-
BIDLA FIS-SISTEMA TAL-‘ACCOUNTING’ TAL-GVERN
Naħseb li l-fatt li wara 35 sena ta’ deficits is-sena li għaddiet irreġistrajna surplus finanzjarju, kull meta nitkellmu fuq il-finanzi pubbliċi u insemmu dan il-fatt kif ukoll li anke għal din is-sena l-andament sejjer tajjeb ukoll, il-maġġoranza tal-poplu għaliha bħal donnu din hija n-normalità ta’ pajjiżna. Li filfatt mhix, anzi. Għall-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti d-deficit kien ir-regola…
-
Ħarsa bil-kalma lejn l-ekonomija ta’ pajjiżna
Nixtieq li qabel ngħaddi għas-suġġett tal-lum nirringrazzja lil kull min tani l-appoġġ, awgurali u ħadem miegħi tul il-kampanja elettorali u fl-elezzjoni ġenerali kif ukoll fil-kampanja fost id-delegati tal-Partit Laburista fejn jirrigwarda l-ħatra ta’ Deputat Mexxej. Issa li dawn l-impenji għaddew ifisser li nerġgħu lura għan-normalità. Meta wieħed jitkellem fuq l-ekonomija llum naħseb li ħadd ma…
-
Il-kuntatt mal-għeruq tal-Partit
Id-delegati tal-Partit Laburista, l-għeruq tal-Partit, illum ikomplu jivvotaw biex jagħżlu Deputat Mexxej tal-Partit għall-Affarijiet tal-Parlament, kariga li qiegħed nikkontesta għaliha flimkien ma’ żewġ Ministri kollegi tiegħi. Kontestazzjoni li servietni biex tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat niltaqa’ aktar mill-qrib mal-maġġoranza assoluta tad-delegati f’laqgħat distrettwali u anke lokali. Laqgħat li servewni wkoll biex stajt nifhem aktar il-ħidma…
-
Il-kwalitajiet għal tmexxija politika
Bħalissa ż-żewġ partiti politiċi ewlenin f’pajjiżna qegħdin fil-proċess li jappuntaw ħatriet importanti fi ħdanhom. Fil-każ tal-Partit Laburista rridu naħtru Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament wara l-irtirar tas-Sur Louis Grech. Fil-każ tal-Partit Nazzjonalista jridu jaħtru Kap u żewġ Viċi-Kapijiet wara d-dikjarazzjoni ta’ riżenja mill-Kap, Dr Simon Busuttil u taż-żewġ Viċi-Kapijiet, Dr Mario Demarco u Dr Beppe Fenech…
-
It-triq għall-Aqwa Żmien
Il-partit li hu fil-Gvern fil-kampanja tiegħu kellu programm elettorali li permezz tiegħu fil-fatt ħa l-fiduċja ta’ daqshekk voti u b’maġġoranza daqshekk kbira. Wieħed jista’ jitkellem fuq l-għadd ta’ miżuri ekonomiċi, jista’ jitkellem ukoll fuq dawk il-miżuri li jappartjenu lis-saħħa, l-edukazzjoni, benefiċċji soċjali. Bħal programm li sar erba’ snin ilu l-Gvern wera bil-miżuri tiegħu, mhux biss…